Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Għodod għall-ippubblikar

Għodod tal-portal ta' l-eTwinning
Għodod esterni

Għodod tal-portal ta' l-eTwinning

It-TwinSpace

It-TwinSpace huwa spazju ta’ xogħol kollaborattiv żviluppat apposta għall-attivitajiet ta’ l-eTwinning. L-iskejjel li rreġistraw għall-eTwinning għandhom spazju ta’ xogħol privat li jista’ jintuża għall-kollaborazzjoni mal-partners tagħhom. It-TwinSpace huwa disponibbli mid-desktop personali.

It-TwinSpace huwa forum fejn fajls, dokumenti u links jistgħu jiġu maqsuma bejn il-partners. Għandu sistema ta’ messaġġi interna u chat room fejn għalliema u studenti jistgħu jikkomunikaw fuq netwerk magħluq. Huwa bbażat fuq il-brawser ta’ l-Internet u jaħdem mas-sistemi operattivi kollha.

Ittieħdu ħafna prekawzjonijiet biex niżguraw li t-TwinSpace ikun ambjent virtwali sigur. L-iskejjel jistgħu jikkomunikaw u jaħdmu flimkien fuq din il-pjattaforma mingħajr ħadd minn barra ma jtellifhom.

Aktar informazzjoni

Ara TwinSpaces ippubblikati

 

Għodod esterni

Blogging

Blog huwa spazju personali fuq l-Internet, qisu djarju, spazju fejn l-iskejjel jew gruppi jistgħu jużaw biex jiddeskrivu l-attivitajiet u l-progress fi proġett. Kwalinkwe ħaġa, ideat, aħbarijiet, links għal stampi jew vijdows jistgħu ikunu ppubblikati.

Tista' tibda blog ta' tim u tużah bħala pjattaforma għall-kollaborazzjoni fis-sħubija tiegħek. L-istudenti tiegħek ikunu jistgħu jikkontribwixxu u jikkummentaw fuq dak li jkun hemm fil-blog. Il-blogs huma bbażati fuq il-brawser ta' l-internet u jaħdmu mas-sistemi operattivi kollha.

Is-Servizz Ċentrali t'Appoġġ (CSS) issa joffri blogs għall-iskejjel irreġistrati fl-eTwinning. Jekk inti interessat/a li jkollok il-blog tiegħek, ibgħat email lil thomas.maier@eun.org biex joħloqlok account. Tkun infurmat meta l-blog tiegħek ikun lest biex jintuża.

Tista' tuża wkoll servizzi ta' blogging mingħajr ħlas:

Eżempju:

  • Aliva - L-ewwel blog ta' l-eTwinning dwar l-aggressjoni tax-xmajjar, kitba dwar l-influwenza ta' l-attivitajiet umani fuq ix-xmajjar.

Aktar informazzjoni:

 

MagazineFactory

Il-MagazineFactory huwa kunċett versatili għall-iżvilupp ta' magażins fuq il-web għal raġunijiet u kuntesti differenti. Il-magażin tal-web jista' jkun proġett wieħed jew inkella magażin li jkun editjat kontinwament tul is-sena skolastika. Il-MagazineFactory huwa għodda għall-ippublikar b'xejn, faċli biex tużaha u tagħti lill-għalliema u lill-istudenti l-opportunità li jaħdmu bħala staff editorjali fil-klassi u jippublikaw magażin fuq il-web tagħhom. L-għalliem ikun il-kap editur u l-istudenti jkunu l-ġurnalisti.

Biex tuża l-MagazineFactory, trid tkun irreġistrat għall-eTwinning. Ikkuntattja lill-European Schoolnet (Thomas Maier) biex tikseb aċċess. L-għodod imbagħad ikunu disponibbli mid-desktop ta' l-eTwinning.

Iklikkja hawn (EN, pdf) għal aktar informazzjoni.

Practice examples:
• http://www2.edu.fi/magazinefactory/magazines/Cyberpaper/?str=40 (ħafna artikli, log veru ta' klassi).
• http://www2.edu.fi/magazinefactory/magazines/EyeSpyEurope/?str=40 (tinkludi sensiela ta' stampi).
• http://www2.edu.fi/magazinefactory/magazines/myworldyourworld/?str=40 (sensiela ta' stampi, sit attiv ħafna).
• http://www2.edu.fi/magazinefactory/magazines/projectmyweek/ (informazzjoni dwar il-pajjiżi miktub minn studenti)
• http://www2.edu.fi/magazinefactory/magazines/Picture_of_the_Country/ (informazzjoni raltata mal-kultura, pajjiżi u ħweġġeġ oħra mill-pajjiżi tal-proġett).
• Proġett mill-gallerija: European Classrooms/Colourful classrooms.


ChatFiti Wideboard

Wideboards huma uċuh kbar virtwali li fuqhom tista' tpoġġi kwalinkwe tip t'oġġett. Il-users kollha jaraw it-tibdil fuq il-board mill-ewwel. Il-board hija persistenti - li jfisser li din iżżomm l-oġġetti fuqha sakemm dawn jitħassru mill-propjetarju tal-board. Il-board hija ibbażata fuq il-web u hija independenti mit-tip ta' kompjuter (Java), taħdem ukoll fuq PDAs (kompjuters żgħar) u fuq it-telefons ċellulari.

Biex tuża l-ChatFiti wideboard, trid tkun irreġistrat għall-eTwinning. Ikkuntattja lill-European Schoolnet (Thomas Maier) biex tikseb aċċess. L-għodod imbagħad ikunu disponibbli mid-desktop ta' l-eTwinning. Ikklikja hawn għal gwida qasira.

Iklikkja hawn biex tniżżel demo.

Practice example:
• http://macg4.eun.org/~thomas/CPerrier/ (Tagħlim tal-lingwi u korrezzjoni ta' testi).
• Proġett mill-gallerija: Génie du lieu et culture européenne


MEDIA SYNCHRONE

MEDIA SYNCHRONE huwa softwer ibbażat fuq il-web għall-produzzjoni u l-ippublikar ta' kontenut rich-media u open-content. Tista' taħdem fuq firxa ta' komponenti tal-medja fi kwalinkwe format: Awdjo, stampi, preżentazzjonijiet power point, fajls bil-vidjo, test illinkjat ma' riżorsi, web links, eċċ.

MEDIA SYNCHRONE awtomatikament jagħmel ix-xogħol tekniku bħall-encoding, digitization u pubblikazzjoni online. Il-user m'għandux għalfejn ikun jaf dwar il-formati differenti, konverżjoni, standards, eċċ.

Biex tibda trid tkun irreġistrajt għall-eTwinning. Ikkuntattja lill-European Schoolnet (Thomas Maier) biex tikseb aċċess. Imbagħad tkun tista' tniżżel is-softwer.

Iklikkja hawn (EN, pdf)  għal aktar informazzjoni jew ikkuntattja id-distributur uffiċjali (email).

Iklikkja hawn (zip file) biex tniżżel demo.

Practice examples (real-time player meħtieġ):
• http://www.mediasynchrone.com/clips/?id=GJYcgTpMZJxx&0=zip
• http://www.mediasynchrone.com/clips/?id=aHNzAmorppU4&0=stream


Pod casting

Pod casting huwa t-tqassim ta' fajls awdjo u vijdow, bħal m'huma programmi tar-radju jew vijdjows tal-mużika, permezz ta' l-Internet jew permezz ta' l-RSS jew Atom syndication biex dak li jkun jismagħhom jew jarahom fuq apparat portatili jew kompjuter. Podcast huwa sors ta' awdjo jew vijdjow impoġġija fuq l-Internet għal min ikun irid jabbona għalihom. Websajt ta' pod casters jistgħu ukoll joffru tniżżil dirett tal-fajls tagħhom, imma l-fatt li wieħed ikun jista' jabbona għal pod cast li awtomatikament iniżżel kontenut ġdid, jagħmel id-differenza bejn pod cast u sempliċi tniżżil ta' materjal.

L-essenza tal-pod casting hija l-ħolqien ta' konenut (awdju u vijdjow) għal udjenza li jkunu jistgħu jisimgħuha fejn, meta u kif iridu (definizzjoni minn Wikipedia, Frar 2006, http://en.wikipedia.org/wiki/Podcasting)

Ikseb ħarsa ġenerali dwar il-pod casting u dettalji dwar kif issib pod casts edukattivi, kif tisma' u tabonna għal pod casts, kif toħloq pod cast u tutorials oħrajn.

Eżempji:

Biex tisma' u tara xi eżempji, ikollok bżon l-iTunes fil-kompjuter, niżżlu hawn).

• http://phobos.apple.com/WebObjects/MZStore.woa/wa/viewPodcast?id=80651635&s=143444
• http://phobos.apple.com/WebObjects/MZStore.woa/wa/viewPodcast?id=73872926&s=143444
• http://phobos.apple.com/WebObjects/MZStore.woa/wa/viewPodcast?id=73329509&s=143444
• http://phobos.apple.com/WebObjects/MZStore.woa/wa/viewPodcast?id=79359115
• http://phobos.apple.com/WebObjects/MZStore.woa/wa/viewPodcast?id=74846441
• http://phobos.apple.com/WebObjects/MZStore.woa/wa/viewPodcast?id=80600406

Pod cast bil-vijdjow:
• http://phobos.apple.com/WebObjects/MZStore.woa/wa/viewPodcast?id=117355250

Kuntatt: Thomas Maier







l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea