Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Għodod għall-komunikazzjoni

Għodod tal-portal ta' l-eTwinning
Għodod esterni

Għodod tal-portal ta' l-eTwinning

Desktop

Id-Desktop huwa l-post privat ta' l-iskola fil-portal. Minn hawn, tista' tfittex partners u tikkomunika magħhom f'ambjent virtwali sigur.

Permezz tas-sistema tal-messaġġi interna, tista' tibgħat messaġġi lil għalliema u skejjel oħra involuti fl-eTwinning. Messaġġi jistgħu jintbagħtu biss fl-indirizzi ta' l-email ta' dawk li huma rreġistrati.

Iċ-chat huwa miftuħ biss għal min hu rreġistrat. Hemm żewġ tipi: Kmamar għaċ-chat pubbliċi li huma disponibbli għal dawk kollha irreġistrati, u kmamar għaċ-chat privati li tista' tibbukkja biex titkellem ma' partner potenzjali.

Aktar dwar id-Desktop (pdf)


It-TwinSpace

It-TwinSpace huwa spazju ta’ xogħol kollaborattiv żviluppat apposta għall-attivitajiet ta’ l-eTwinning. L-iskejjel li rreġistraw għall-eTwinning għandhom spazju ta’ xogħol privat li jista’ jintuża għall-kollaborazzjoni mal-partners tagħhom. It-TwinSpace huwa disponibbli mid-desktop personali.

It-TwinSpace huwa forum fejn fajls, dokumenti u links jistgħu jiġu maqsuma bejn il-partners. Għandu sistema ta’ messaġġi interna u chat room fejn għalliema u studenti jistgħu jikkomunikaw fuq netwerk magħluq. Huwa bbażat fuq il-brawser ta’ l-Internet u jaħdem mas-sistemi operattivi kollha.

Ittieħdu ħafna prekawzjonijiet biex niżguraw li t-TwinSpace ikun ambjent virtwali sigur. L-iskejjel jistgħu jikkomunikaw u jaħdmu flimkien fuq din il-pjattaforma mingħajr ħadd minn barra ma jtellifhom.

Aktar informazzjoni

Ara TwinSpaces ippubblikati

 

Għodod esterni

FlashMeeting

FlashMeeting is a simple one click webcam video conferencing tool which allows you to experience live audio and video broadcasting on your PC. It is an excellent way to start to experiment with video conferencing as a communication tool. It is very easy to use and all you need is a webcam with microphone, a connection to the Internet (broadband is best) and Macromedia Flash 7 or greater installed on your computer.

This webcam conferencing tool is suitable for adult or pupil live meetings, one to one, small group and multi location video conferences. It also allows users to text chat, share URLs and record the video conference.  The meeting can be projected onto a whiteboard via a data projector for viewing by a larger audience which can be very useful for sharing the conference with a whole class or teaching group. Users have to be authorised prior to being allowed to book a FlashMeeting session in order to ensure that the video conference takes place in a safe and secure internet environment.

If you have a registered eTwinning partnership and want to take part in a pilot trial of this tool with our project partners, please contact thomas.maier@eun.org

For a demo click on http://flashmeeting.e2bn.net  and follow the demo tab.

Skype

L-iSkype huwa biċċa għodda li tista’ tuża biex iċċempel lill-nies oħra fuq il-kompjuter jew fuq it-telefon tagħhom, kemm fuq linja fissa kif ukoll fuq mobajl. L-iSkype jintuża bla ħlas jekk tikkomunika ma’ kompjuter ieħor filwaqt li hemm xi ħlass biex tikkomunika b’telefon. Tista’ wkoll tibgħat messaġġi, tgħaddi fajls jew tagħmel sejħiet ma’ iktar minn persuna waħda.

Biex tuża s-Skype, trid tniżżel is-softwer u jkollok headset, speakers jew telefon USB. L-informazzjoni hija ikriptata qabel ma tiġi mibgħuta fuq l-internet u dekriptata meta tiġi riċevuta. L-iSkype jaħdem fuq il-Macintosh, il-Windows u l-Linux.

Aktar informazzjoni


MSN Messenger

MSN Messenger huwa għodda għaċ-chat u għall-konferenzi bl-awdjo u l-video. Emoticons u stampi jistgħu jiġu wżati fiċ-chat.

Il-Messenger jippermettilek taqsam ritratti, fajls u sfondi. Jekk tkun trid tfittex xi ħaġa fuq l-Internet, tista’ tuża l-MSN messenger biex tagħmel tfittxijiet bejn persuni differenti. L-MSN messenger jaħdem fuq il-Macintosh u l-Windows.

Aktar informazzjoni








l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea