Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Glossarju t' l-eTwinning
Dan il-glossarju jintroduċilek il-kliem u n-nozzjonijiet ewlenin ta' l-eTwinning. Tista' tużah bħala dizzjunarju jew tagħtih daqqa t'għajn biex tieħu idea ta' l-eTwinning.

Approvazzjoni (school) Żewġt iskejjel iwaqqfu sħubija. Skola tirreġistra l-proġett fil-portal, l-iskola l-oħra tapprova r-reġistrazzjoni. Dan irid iseħħ qabel is-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ (NSSs) taż-żewġ pajjiżi jagħtu l-approvazzjoni tagħhom għall-proġett.
Approvazzjoni (Servizz Nazzjonali t'Appoġġ) Isseħħ wara r-reġistrazzjoni ta' proġett ta' l-eTwinning u l-approvazzjoni mill-iskola l-oħra. Iż-żewġ Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ (NSSs) mill-pajjii msieħba jiċċekkjaw l-eżistenza ta' l-iskola u r-relevanza tal-proġett. L-approvazzjoni jew ir-rifjut tagħhom issir fi żmien sebat ijiem mir-reġistrazzjoni.
Chat Mid-Desktop ta' l-eTwinning, l-iskejjel jistgħu jibbukkjaw kamra għaċ-chat jew inkella jużaw waħda mis-sitt kmamar għaċ-chat pubbliċi biex jitkellmu ma' msieħba prospettivi dwar proġett.
CSS Taqsira għas-Servizz Ċentrali t'Appoġġ.
Desktop
(eTwinning -)
Taqsima privata riservata għal skola fil-portal. Kull user reġistrat jidħol fid-desktop tiegħu biex juża dawn l-għodod: TwinFinder, Profil, Chat, Il-Kandidati Tiegħi, Mailbox, Label, TwinSpace, Progress Card and Riżorsi, biex ifittxu partners, iwaqqfu u jimmaniġjaw is-sħubijiet tagħhom.
eTwinner  Skola u għalliem involut fl-eTwinning.
eTwinning  Azzjoni ewlenija tal-Programm eLearning ta' l-Unjoni Ewropea. Tippromwovi l-kollaborazzjoni bejn skejjel permezz tat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) bejn skejjel fl-Ewropa billi tipprovdilhom appoġġ, għodod u servizzi biex tagħmilha faċli għall-iskejjel biex jiffurmaw sħubijiet fit-tul jew iqsar fi kwalinkwe suġġett.
eTwins Skejjel u għalliema li huma mseħbin fi proġett ta' l-eTwinning.
Gallerija Vetrina ta' eżempji ta' proġetti ta' l-eTwinning. Il-proġetti huma magħżula mis-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ (NSS). Deskrizzjonijiet f'mill-anqas żewġ lingwi huma bbażati fuq intervisti ma' l-għalliema.
Gallerija ta' proġetti Ara Gallerija.
Għarfien Il-mod ta' kif tagħti viżibiltà lill-iskejjel ta' l-eTwinning, is-sħubijiet u l-attivitajiet tagħhom: il-Label ta' l-eTwinning, Labels ta' Kwalità Nazzjonali u Ewropej, il-Premjijiet ta' l-eTwinning u l-Gallerija ta' Proġetti.
Helpdesk Tim ta' konsulenti pedagoġiċi fi ħdan is-Servizz Ċentrali t'Appoġġ jirrispondi mistoqsijiet u jgħin lill-iskejjel li jistgħu ikollhom diffikultajiet dwar l-eTwinning. Jipprepara wkoll materjal ta' tagħlim li jkun disponibbli permezz tal-portal.
ICTs Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni.
Il-Kandidati Tiegħi Lista ta' skejjel imsieħba potenzjali. Il-users ipoġġuhom hawn mit-TwinFinder.
Il-Programm eLearning Programm tal-Kummissjoni Ewropea li joffri appoġġ għall-integrazzjoni tat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) fl-edukazzjoni u fis-sistemi ta' taħriġ madwar l-Ewropa. Magħmul minn erbgħa linji t'azzjoni: L-Ippromwovar tal-litterizmu diġitali, Kampusijiet Virtwali Ewropej, l-eTwinning ta' skejjel fl-Ewropa u l-ippromwovar tat-taħriġ ta' l-għalliema, azzjonijiet transversali għall-promozzjoni ta' l-e-learning fl-Ewropa. Jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2006. Ara l-Programm eLearning.
Imsieħba Skejjel, għalliema u staff ieħor ta' skejjel li huma membri fi sħubija ta' l-eTwinning.
Irreġistra Li tidħol fl-eTwinning, ara Reġistrazzjoni.
It-tiftix tal-partners L-użu ta' l-iskejjel ta' l-eTwinning biex isir kuntatt u komunikazzjoni bejn skejjel li jkollhom imnejn iwaqqfu sħubija. L-għodod għat-tiftix tal-partners huma: TwinFinder, il-Mappa ta' eTwinning, Fejn Niltaqgħu, u n-Newsletters (li tista' tabbona għalihom).
Itwinnja! Din tfisser l-istess bħal "irreġistra s-sħubija tiegħek". Il-buttuna "Itwinnja" tidher ma ġenb l-isem ta' l-iskola hekk kif din tkun imdaħħla fil-Kandidati Tiegħi.
Kamp
(eTwinning -)
L-ewwel premju tal-Premjijiet ta' l-eTwinning 2005. Jiġbor flimkien għalliema u studenti minn sħubijiet rebbieħa tad-diversi kategoriji biex jieħdu sehem f'workshops, twinning bejn skejjel u attivitajiet relatati ma' l-ICT.
Kits Ara Kits lesti għall-proġetti.
Kits lesti għall-Proġetti Gwidi pass b'pass għal proġetti ta' suċċess b'ideat konkreti ta' kif għalliema jistgħu iwettqu proġett kollaborattiv Ewropew fil-klassi tagħhom. Jistgħu jintużaw sħaħ jew inkella jiġu addattati skond kuntesti ta' tagħlim partikolari.
Kompetizzjoni
(eTwinning -)
Ara Premjijiet.
Label ta' Kwalità Għarfien t'attivitajiet ta' l-eTwinning mogħtija lill-iskejjel. Is-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ (NSS) jagħtu il-Label Nazzjonali ta' Kwalità lill-iskejjel li japplikaw għaliha. Jekk għall-inqas żewġt iskejjel minn proġett jiksbu il-Label Nazzjonali ta' Kwalità, il-proġett jiġi mogħti l-Label Ewropeja ta' Kwalità mis-Servizz Ċentrali t'Appoġġ (CSS).
Label
(eTwinning -)
Ċertifikat mogħti lis-sħubijiet kollha approvati mis-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ biex jibdew attivitajiet ta' l-eTwinning. Jista' jkun imniżżel mid-desktop ta' l-iskejjel.
Linji gwida Il-linji gwida jispjegaw id-dettalji ta' kif jintużaw l-għodod ta' l-eTwinning. Jista' jintuża bħala dizzjunarju u jiġi stampat.
Login Biex tikseb aċċess għad-Desktop ta' leTwinning u eventwalment għat-TwinSpace(s) u l-proġett(i), il-users iridu jkunu rreġistrati. Biex user jilloggja, irid ikollu login name u passwerd, li jkunu għażlu meta rreġistraw. Jekk id-dettalji tal-login jew il-passwerd jintilfu, iklikkja fuq "Insejt il-Passwerd" fil-portal ta' l-eTwinning. Il-username u l-password jintbgħatulek permezz ta' l-email.
Mailbox (eTwinning -) Sistema ta' messaġġi interni. Tippermetti skambju ta' messaġġi ma' skejjel oħra irreġistrati fuq il-portal ta' l-eTwinning. Il-messaġġi jidhru biss mid-Desktop, imma tintbgħat notifika ta' kull messaġġ li jkun riċevut permezz ta' l-email tal-user.
Mappa
(eTwinning -)
Database ta' l-iskejjel ta' l-eTwinning u proġetti mill-pajjiżi parteċipanti kollha. Jistgħu isiru tfittxijiet skond l-iskola, l-pajjiż, ir-reġjun, it-tema jew suġġett vokazzjonali.
NSS Tqasira ta' Servizz t'Appoġġ Nazzjonali.
PAG Taqsira ta' Pedagogical Advisory Group.
Pajjiżi parteċipanti Pajjiżi li għandhom id-dritt li jipparteċipaw fl-eTwinning: pajjiżi membri ta' l-UE (inklużu territorji u artijiet), in-Norveġja u l-Islanda. Pajjiżi oħra, li jinkludu il-Kroazja u t-Turkija, għadhom ma jistgħux jipparteċipaw uffiċjalment fl-eTwinning.
Pedagogical Advisory Group Magħruf anki bħala l-PAG. Grupp t'esperti li jiltaqgħu regolarment biex jidentifikaw argumenti u jissuġġerixxu soluzzjonijiet għat-titjib pedagoġiku tal-kollaborazzjoni bejn skejjel fl-eTwinning. Jgħin fl-identifikazzjoni u t-twettiq t'attivitajiet ta' żvilupp professjonali ta' l-għalliema involuti fl-eTwinning.
Preferenzi għat-Twinning Indikazzjoni tas-suġġetti relevanti, etajiet, għodod, lingwa u pajjiż għall-proġett ta' l-eTwinning. Użat biex jagħti riżultat awtomatiku ta' tqabbil ta' skejjel għal proġett potenzjali.
Premjijiet
(eTwinning -)
Il-Premjijiet Ewropej ta' l-eTwinning ikunu mogħtija ta' kull sena lill-iskejjel magħżula mill-bord Ewropew ta' evalwazzjoni bħala r-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta' l-eTwinning. F'xi każi, jingħataw premjijiet fuq bażi nazzjonali wara li jkun hemm kompetizzjonijiet nazzjonali organizzati mis-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ (NSS).
Profil
(eTwinning -)
Taqsima fid-Desktop ta' l-eTwinning biex jitbiddlu d-dettalji tal-users u jiġi mmaniġjati l-proġetti (tneħħija ta' partners, aġġornar t'informazzjoni u ħolqien ta' proġetti ġodda).
Proġetti minn skejjel sħaħ Ir-rabta ta' l-attivitajiet ta' l-eTwinning m'attivitajiet oħra ta' l-istess skola: Ġemellaġġ ta' Bliet u Rħula, skambji, proġetti b'fondi mill-UE jew nazzjonalment. Deskrizzjoni ta' żewġ skejjel b'ħafna proġetti u b'impatt fuq il-maġġoranza ta' l-istaff.
Progress Card Mod kif iżżomm kont ta' l-attivitajiet tal-proġett. Is-sħubijiet jiddeskrivu l-attivitajiet tal-proġett u l-proċess fil-progress card. Is-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ (NSS) isegwu l-attivitajiet u jagħtu l-opinjoni tagħhom u appoġġ pedagoġiku jekk ikun meħtieġ. Progress card ikun fiha lista ta' annotazzjonijiet li jistgħu jiddaħħlu fi kwalinkwe stadju matul ħajjet il-proġett. L-annotazzjonijiet jistgħu ikunu ippubblikati u imbagħad ikunu aċċessibbli mil-mappa ta' l-eTwinning.
Proġett Attivitajiet imwettqa minn żewġt iskejjel jew aktar fi sħubija ta' l-eTwinning.
Reġistrazzjoni Tfisser - "idħol fl-eTwinning u ikseb aċċess għad-database ta' l-iskejjel, għodod għall-komunikazzjoni u l-pjattaforma kollaborattiva”.
Repożitorju Ġabra ta' materjali għat-tagħlim u riorsi għall-iskjjel involuti fl-eTwinning.
Riżorsi Ġabra jew repożitorju ta' materjali ta' tagħlim li huma disponibbli għall-iskejjel involuti fl-eTwinning. Ir-riżorsi jkunu mtella' mill-iskejjel u jinkludu matrjali imħejjija fl-eTwinning jew li jkunu nstabu t'għajnuna b'mod ġenerali mill-għalliema ta' l-eTwinning.
Servizz Ċentrali t'Appoġġ (CSS) L-Uffiċċju Ewropew ta' l-eTwinning, ibbażat fil-European Schoolnet fi Brussel. Responsabbli tal-koordinazzjoni ċentrali ta' l-attivitajiet ta' l-eTwinning fl-Ewropa. Iħaddem il-Portal Ewropew ta' leTwinning u l-helpdesk pedagoġiku, responsabbli għall-iżvilupp tekniku u għall-għajnuna relatata.
Servizz Nazzjonali t'Appoġġ Magħruf ukoll bħala l-NSS. Organizzazzjoni jew aġenzija li tirrapreżenta u tippromwovi l-eTwinning fil-pajjiżi parteċipanti. Jipprovdi taħriġ u appoġġ (bit-telefon u online), jorganizza laqgħat u avvenimenti nazzjonali u jħejji kampanji permezz tal-mijdja fil-pajjiż.
Sħubija Skejjel li jaħdmu flimkien fi proġett ta' l-eTwinning. Sħubijiet jistgħu ikollhom diversi proġetti fl-istess ħin jew ikollhom sħubijiet ma' skejjel oħra għal proġetti oħra.
Sigurtà L-iskejjel reġistrati għall-eTwinning jistgħu jikkomunikaw u jagħmlu użu mill-għodod f'ambjent virtwali sigur. L-iskejjel ikunu ivverifikati mis-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ, m'hemmx spam jew messaġġi malizjużi, u l-użu ta' l-għodod huwa permess fil-pajjiżi kollha.
Sigurtà fuq l-Internet

L-użu pożittiv u etikament korrett tat-Teknoloġiji ta' l-Infromazzjoni u l-Komunikazzjoni online. Is-sigurtà tkun imtejba permezz ta' kuxjenza aħjar dwar l-aspetti diversi fosthom għodod tekniċi bħal m'huma l-iffiltrar, anti spyware u l-użu ta' settings siguri fuq l-apparat li jkun imqabbad ma' l-Internet, kemm jekk dan ikun PC kif ukoll telefon ċellulari. Żur il-websajt Insafe.

Skejjel fundaturi Iż-żewġ skejjel li waqqfu sħubija ta' l-eTwinning. Skola minnhom tirreġistra s-sħubija fuq il-portal u l-oħra tapprovaha.
Skola mistiedna Skola mistiedna tiġi miżjuda fi proġett eżistenti minn skola fundatriċi. Tipparteċipa uffiċċjalment fil-proġett imma ma tkunx tista' tistieden skejjel oħra jew timla' progress card. Skejjel mistiedna jridu jkunu irreġistrati għall-eTwinning.
Skola msieħba L-iskola l-oħra fi sħubija.
Stilel Sistema ta' kejl ibbażata fuq l-attività ta' l-iskola fil-portal. Kull skola tingħata kejl ta' bejn zero sa tlett stilel skond il-kwantita u l-frekwenza ta' logins, l-użu tal-mailbox, tat-taqsima Il-Kandidati Tiegħi, eċċ. Tista' tintuża biex ikunu identifikati skejjel attivi biex ikunu ikkuntattjati għat-twaqqif ta' proġett.
Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni Terminu wiesgħa li jinkludi kwalinkwe apparat għall-komunikazzjoni jew applikazzjoni, bħal softwer jew apparat tal-kompjuter, sistemi tas-satellita, radju, televiżjoni, telefons ċellulari, eċċ., u s-servizzi u użu marbuta magħhom, bħal per eżempju l-konferenza bil-vijdjow u tagħlim minn distanza. L-ICTs spiss ikunu marbuta ma' kuntest partikolari, ngħidu aħna l-ICT fl-edukazzjoni.
TwinFinder L-għodda għat-tifttix għall-iskejjel irreġistrati għall-eTwinning. Tissuġġerixxi numru ta' skejjel b'mod awtomatiku, dawn ikunu jaqblu mal-profil tiegħek u mal-preferenzi għall-proġett. Aċċessibbli mid-Desktop ta' kull skola.
TwinSpace Pjattaforma sigura kollaborattiva għal skejjel involuti fi proġett. It-TwinSpace huwa privat u riżervat għall-iskejjel imsieħba fi proġett u huwa disponibbli mid-Desktop ta' kull user hekk kif il-proġett ikun approvat mis-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ. It-Twinspaces jistgħu ikunu ippubblikati fuq l-Internet mill-amministraturi tagħhom.
Workshops għall-Iżvilupp Professjonali Workshops għall-Iżvilupp Professjonali huma mmirati biex l-għalliema jtejbu l-ħiliet ta' l-ICT, jiltaqgħu m'għalliema oħra minn pajjiżi differenti u jwaqqfu sħubijiet ġodda. Il-workshops huma organiżżati mis-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ u mis-Servizz Ċentrali t'Appoġġ u jsiru fi Bliet differenti Ewropej matul is-sena skolastika.

Editur tal-Web: Anne Schultz Pinstrup
Ippubblikat : 06/03/2006
Mibdul l-aħħar : 15/11/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea