|
Ir-Rebbieħa tal-Premjijiet ta' l-eTwinning 2007 għadhom kif waslu lura mit-tienni Kamp Annwali ta' l-eTwinning li din is-sena sar fil-gżira ta' Sqallija bejn il-25 u d-29 t'April. Il-Kamp kien suċċess kbir fuq kull livell u kien opportunità tajba biex għalliema u studenti Ewropej jiltaqgħu, jiddiskutu l-ICT fl-edukazzjoni, u jitgħallmu affarijiet ġodda f'ambjent xemxi viċin il-baħar. Prosit għall-darb'oħra lir-rebbieħa kollha: veru ħadna pjaċir naħdmu magħkom!
|
|
Il-Proġett tax-Xahar Oħloq Film u Aqsmu ma' Ħabib Billi joħolqu film, l-istudenti jitgħallmu dwar il-komunità lolkali, l-attivitajiet u dak li jinteressahom u jaqsmu u jqabblu dawn l-esperjenzi ma' l-imsieħba tagħhom.
Aqra dwar proġetti oħrajn
|
Label ta' Kwalità EuroFilm Factory Studenti mil-Litwanja u minn Spanja, rebbieħa tal-Premju ta' l-eTwinning, flimkien żviluppaw manwal dwar kit tipproduċi film imbagħad użawh biex jipproduċu l-films huma stess u biex jiktbu kritika għall-films.
X'inhi l-Label ta' Kwalità?
|
|
Aħbarijiet Il-Kamp ta' l-eTwinning 2007: Suċċess Kbir It-tieni kamp annwali li sar bejn il-25 u d-29 t'April kien esperjenza mill-isbaħ għall-istudenti, l-għalliema u l-organizzaturi f'temp xemxi f'Città del Mare, Sqallija.
Il-Kit tax-Xahar Ejja Nilagħbu Flimkien! L-istudenti jiktbu u jirreċtaw flimkien. Jitgħallmu jesprimu ruħhom bil-kitba u bil-kelma u jużaw l-ICT biex jaħdmu u jaqsmu l-produzzjoni tal-palk ma' msieħba minn barra. |
Aħbarijiet Aqsam il-Ħsibijietek dwar l-eTwinning Qed isir stħarriġ indipendenti online biex jinkiseb aktar għarfien dwar l-eTwinning fl-iskejjel. Jekk jogħġbok imlih!
Il-Mistoqsija tax-Xahar X'inhuma l-Premjijiet ta' l-eTwinning? Il-Premjijiet Ewropej ta' l-eTwinning jingħataw lill-iskejjel li jkunu wettqu proġetti ta' kwalità għolja. Hemm tliet kategoriji ta' etajiet: 4-12, 13-15 u 16-19-il sena.
|
|
Polonja: Workshops fuq l-Internet It-tieni grupp ta' workshops fuq l-internet dwar kif tinvolvi ruħek fl-eTwinning intemm f'April, b'parteċipazzjoni ta' 420 għalliem. Il-grupp li jmiss jinbeda f'Settembru.
Slovakkja: Kompetizzjoni Nazzjonali, Mejju -Ġunju Skejjel Slovakki għad għandhom iċ-ċans li jirreġistraw il-proġetti tagħhom fix-xahar ta' Mejju u jidħlu għall-kompetizzjoni nazzjonali. L-evalwazzjoni ssir f'Ġunju.
Islanda: L-Ewwel Premjijiet Nazzjonali L-aqwa proġetti minn skejjel primarji u sekondarji mill-Islanda ser ikunu mħabbra fl-4 ta' Mejju matul l-ewwel edizzjoni tal-Premjijiet Nazzjnali ta' l-Islanda fil-qalba ta' Reykjavik.
Italja: Ċelebrazzjoni għat-Tliet Snin L-NSS Taljan ser jorganizzaw l-avveniment nazzjonali tagħhom fil-31 ta' Mejju f'Ruma. Ser titqassam pubblikazzjoni dwar l-aħħar tliet snin ta' l-eTwinning fl-Italja u huwa mistenni li 100 parteċipant bejn għalliema u awtoritajiet ser jattendu.
|
Ir-Renju Unit: Gawdi l-Kulturi A successful German/UK project using blogs to share cultural experiences and aspects of pupils’ lives would now like to invite more schools to join the project.
Portugall: Ambaxxaturi ta' l-eTwinning L-NSS Portugiż iltaqa' ma' 42 ambaxxatur ta' l-eTwinning bejn i23 u s-27 t'April biex ikunu jistgħu jaqsmu l-fehmiet tagħhom, jaraw il-progress, u jħejju għall-ġejjieni.
Slovakkja: PDW Bratislava L-NSS Slovakk ħejja l-ewwel PDW internazzjonali tiegħu bejn l-10 u t-12 ta' Mejju. 25 għalliema Slovakki u 56 oħra minn madwar l-Ewropa ħadu sehem.
Slovenja: PDW Nova Gorica Il-Workshop għall-Iżvilupp Professjonali għall-għalliema tal-lingwi sar f'Nova Gorica bejn id-19 u t-22 t'April 2007. F'dan il-workshop ipparteċipaw 69 ruħ minn 17-il pajjiż. |
|
Servizzi Newsletter: Biex tabbona jew tħassar l-abbonament għas-servizz tan-Newasletter ta' l-eTwinning, ibgħat email lil: etwinning-newsletter-mt-request@listserv.eun.org bil-kelma "subscribe" jew “unsubscribe” bħala suġġett.
CSS - EUN Office - Rue de Trèves, 61, B-1040 Brussels | Belgium http://www.etwinning.net |