|
Kważi wasalna għall-btajjel tas-sajf! Hekk kif qegħdin fix-xahar ta' Ġunju, l-iskejjel qed iħejju għal tmiem ise-sena skolastika. Għal dawk minnkom li wasaltu fi tmiem proġett ta' l-eTwinning, nittamaw li kellkom sena mimlija suċessi.
Biex nibdew ngħinukom għas-sena li ġejja minn issa, in-Newsletter ta' l-eTwinning ser tibqa toħroġ matul Lulju u Awissu u ser tiffoka b'mod speċjali fuq it-twaqqif ta' proġetti u t-tiftix għall-imsieħba. Mela jekk qed tfittxu ideat u msieħba, kunu żguri li taqraw iż-żewġ ħarġiet li jmiss.
Barra minn dan, ftakru wkoll li l-Ġimgħat ta' l-eTwinning 2007 ser ikunu mnedija fil-15 ta' Settembru. Ngħidulkom aktar dwar l-attivitajiet li qed inħejju aktar 'il quddiem.
Sadanittant, nixtiqulkom affarijiet sbieħ għall-egħluq tas-sena skolastika u għall-btajjel tas-sajf! Nifirħu lil dawk kollha li kellhom proġett ta' l-eTwinning din is-sena; il-ħin li ddedikajtu u l-impenn tagħkom verament qarrbu l-iskejjel Ewropej flimkien!
|