|
Merħba għan-Newsletter ta' l-eTwinning b'dehra ġdida! Kif qed taraw bdilna l-istil biex nagħmluha aktar faċli biex issibu dak li tridu. Nispera li tieħdu pjaċir taqraw din l-ewwel edizzjoni. Nieħdu gost inkunu nafu x'taħsbu dwar in-Newsletter u dwar l-esperjenzi tagħkom fl-eTwinning. Ftakru li tistgħu tpoġġu l-kummenti tagħkom fil-Blog ta' l-Għalliema li jinsab http://blog.eun.org/etwinning
Minħabba li din hija l-aħħar Newsletter ta' l-2006, it-tim kollu tas-Servizz Ċentrali t'Appoġġ flimkien miegħi jixtiqukom Btajjel tal-Milied mill-isbaħ u nkunu qed nistennew biex inqattgħu sena oħra ta' eTwinning magħkom minn Jannar 2007.
Xewqat sbieħ lilkom ilkoll, Anne Gilleran anne.gilleran@eun.org |
X'inhu jiġri fl-iskejjel |
|
Proġett tax-Xahar It-Teenagers u l-ICT L-għalliema jitgħallmu jużaw metodi ġodda ta' tagħlim filwaqt li studenti mill-istati membri antiki u dawk ġodda jitgħallmu dwar is-sistemi edukattivi u l-kulturi ta' xulxin. Aktar proġetti
|
Label ta' Kwalità Tfal t'Artijiet Oħra Għal studenti tat-tielet sena tal-Primarja fi Franza u l-Iskozja, dan il-proġett jiffoka fuq l-iskambjar ta' informazzjoni dwar kull pajjiż, dwar il-passatempi u l-kitba ta' storja kollaborattiva. X'inhi l-Label ta' Kwalità?
|
Mill-Portal ta' l-eTwinning |
|
Aħbarijiet Premjijiet ta' l-eTwinning 2007 Id-data ta' l-għeluq għall-Premjijiet ta' l-eTwinning riesqa dejjem aktar fil-qrib, għaldaqstant kunu żguri li tapplikaw sal-15 ta' Diċembru 2006.
Il-Kit tax-Xahar ICT għall-Edukazzjoni Studenti fil skejjel imsieħba jitgħallmu u jirriflettu dwar l-użu ta' numru t'għodod għall-kollaborazzjoni. |
Aħbarijiet 20 000 Skola Irreġistrata Ftit aktar minn sentejn wara t-tnedija, fl-eTwinning issa hemm aktar minn 20,000 skola rreġistrata!
Mistoqsija tax-Xahar What is the TwinSpace? It-TwinSpace hija pjattaforma unika u faċli biex tużaha li tippermetti lill-iskejjel jaħdmu flimkien fuq proġett.
|
X'inhu jiġri fl-Ewropa |
|
Bulgarija: Kompetizzjoni E-Card Bħala parti mill-'Ġimgħat ta' l-eTwinning', il-Bulgarija nediet Kompetizzjoni ta' E-Cards għall-istudenti. Ir-rebbieħa kienu mħabbra fil-25 t'Ottubru u x-xogħol tagħhom issa jinsab online. Prosit!
Danimarka/Svezja: 140 għalliem “Jibnu Pontijiet” L-aħħar Workshop għall-Iżvilupp Professjonali ta' l-eTwinning sar ġewwa Copenhagen u Malmö bejn is-17 u d-19 ta' Novembru 2006. Ir-Riżultati ta' dan il-workshop konġunt, inklużi vidjos u riitratti huma disponibbli online.
|
Finlandja: Seminar, 8 ta' Diċember 2006 Dan is-Seminar ġewwa Helsinki ser jiffoka fuq il-proġetti internazzjonali fil-kurrikulu kif ukoll fuq l-eTwinning u l-għodod għall-ippubblikar. Il-lingwa tas-seminar se tkun l-Isvediż imma kelliema Finlandiżi jkunu merħba bihom ukoll!
Danimarka: L-UE u l-Pjan għall-Lezzjoni eTwinning Denmark, l-Aġenzija Comenius Daniża u l-Uffiċċji Informazzjoni lokali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni ingħaqdu biex jorganizzaw 10 seminars fi Brussell biex kapijiet ta' skejjel jitgħallmu dwar proġetti kollaborattivi.
|
| Servizzi Newsletter: Biex tabbona fis-servizz tan-Newsletter ta' l-eTwinning, ibgħat email lil: subscribe-etwinning@eun.org bil-kelma "subscribe" bħala suġġett.
CSS - EUN Office - Rue de Trèves, 61, B-1040 Brussels | Belgium http://www.etwinning.net |