|
Xewqat sbieħ għas-Sena l-Ġdida mis-Servizz Ċentrali t'Appoġġ! Xewqat għal sena mimlija suċċessi, ideat, proġetti interessanti u ħbiberija dejjiema!
|
Dak li qed jiġri fl-iskejjel... |
|
Il-Proġett tax-Xahar Il-Mod ta' kif insalvaw il-pjaneta tagħna Sitt skejjel minn ħames pajjiżi Ewropej qed jaħdmu flimkien biex jaraw kif jistgħu jagħtu sehmhom biex isalvaw l-ambjent. Aktar proġetti
|
Label ta' Kwalità Il-Litteratura f'Pajjiżi Oħra Studenti mill-Estonja u mill-Finlandja jitgħallmu dwar il-litteratura kontemporanja fil-pajjiż imsieħeb u fl-stess ħin jitgħallmu dwar il-kultura tagħhom. X'inhi l-Label ta' Kwalità?
|
Mill-Portal ta' l-eTwinning |
|
Aħbarijiet Riżoluzzjonijiet ta' l-Ewwel tas-Sena Qiegħed/qegħda tuża l-għodod li hemm għalik fuq il-Portal biex issawwar il-proġett tiegħek? Agħti ħarsa lejn ir-riżoluzzjonijiet tagħhna għall-2007!
Il-Kit tax-Xahar Mawra ma' l-Istorja Ewropea L-Istudenti jfittxu siti storiċi u artistiċi f'pajjiżhom, jinvestigawhom, joħolqu itinerarji u jgħallmu lill-imsieħba tagħhom dwarhom.
|
Aħbarijiet Blog ta' l-Għalliema fl-eTwinning Aqra dwar l-esperjenzi ta' l-għalliema fl-eTwinning, ikseb ideat għall-proġetti u aqsam l-ideat tiegħek permezz tal-Blog ta' l-Għalliema.
Il-Mistoqsija tax-Xahar Insejt il-passwerd? Tinkwetax! Normali li tiġri! Ara kif tista' terġa' tikseb l-aċċess għad-Desktop ta' l-eTwinning.
|
Dak li qed jiġri fl-Ewropa |
Ewropa: Workshop għall-Iżvilup Professjonali Fl-2007 ser ikunu qed isiru workshops għall-Iżvilupp Professjonali bejn Frar u Ġunju. Dawk li huma interessati għandhom jikkuntattjaw lill-NSS tagħhom għal aktar dettalji. |
Austrija/Slovenja: Seminar ta' kuntatt Fit-12 ta' Jannar 2007, ser isir seminar biex iħeġġeġ għalliema mis-Slovenja u mill-Awstrija biex jibdew proġetti. Ser ikun hemm seminar ieħor simili bejn l-Awstrija u s-Slovakkja f'Marzu. |
Belgju/Olanda: Seminar ta' kuntatt Fit-28 ta' Frar 2007, ser isir seminar biex għalliema mill-Flanders u mill-Olanda jitgħallmu aktar dwar l-eTwinning u jibdew proġetti flimkien. |
Islanda: Blog għall-eTwinners L-Islanda għadha kif nediet blog għall-għalliema tagħha biex fiha jkunu jistgħu jaqsmu l-ideat dwar l-eTwinning minn perspettivi differenti. S'issa kienet suċċess kbir! |
Italja: Festival tat-Teatru Frankofonu Mis-16 sa' l-20 ta' Marzu, l-Liceo G. Brotzu de Quartu Sant'Elena f'Sardinja ser ikun qed jorganizza festival tat-teatru frankofonu għal studenti ta' bejn it-13 u d-19-il sena. Irreġistra sa' l-20 ta' Jannar 2007. |
Spanja: Kors ta' l-eTwinning Fetħet ir-reġistrazzjoni għall-edizzjoni l-ġdida tal-korsijiet ta' l-eTwinning online li ser jibdew fi Frar. Hemm 500 post disponibbli għall-għalliema Spanjoli. |
Spanja: L-Għażla tal-Premjijiet Nazzjonali Fl-10 ta' Jannar 2007, il-kumitat ta' l-għażla għall-Premjijiet Nazzjonali ser jiltaqa' biex jagħżel l-aqwa 10 proġetti. Ir-Rebbieħa jintgħażlu biex jipparteċipaw fil-workshops Ewropej.
|
Slovakkja: Gwida ġdida għall-Għalliema Ġie ippubblikat ktejjeb biex l-għalliema fis-Slovakkja jitgħallmu aktar dwar l-eTwinning, l-għodod relatati u l-possibiltajiet għall-proġetti. |
Servizzi għan-Newsletter: Biex tabbona għan-Newsletter ta' l-eTwinning, ibgħat email lil: etwinning-newsletter-mt-request@listserv.eun.org bil-kelma "subscribe" fis-suġġett.
CSS - EUN Office - Rue de Trèves, 61, B-1040 Brussel | Belġju http://www.etwinning.net |