Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Intervistà ma' intraprenditur żgħar fl-Ewropa
L-istudenti kollha f'din l-intervista, minbarra ż-żgħar nett huma lkoll intraprendituri ta' l-esperjenza u ilhom iwaqqfu kumpaniji u jimmanifatturaw u u jbigħu prodotti għal diversi snins. Bl-għajnuna ta' l-għalliema tagħhom, Maria Rosario, intervistajnihom dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' l-edukazzjoni intraprnditorjali u l-eTwinning.

Marcos, Marco, Elisa, Ana, Nereida, Talia, Joana u Aida għandhom bejn 3 u 10 snin u huma studenti ta' Maria Rosario, li tgħallem fl-Escuela de Entralgo fi Spanja (Colegio Rural agrupado Alto Nalón, Laviana).

Maria Rosario ilha involuta fi proġetti ta' edukazzjoni intraprenditorjali u ipparteċipat flimkien ma' l-istudenti tagħha fis-suq tal-villaġġ tagħha mill-1988, ħajret diversi għalliema oħra tal-primarja fi Spanja biex jagħmlu l-istess. Din is-sena tmienja mill-istudenti tagħha huma involuti fi proġett ta' l-eTwinning ma' l-Iskola Primarja A ta' Birżebbuġa f'Malta.

X'inhu t-tajjeb ta' "l-iskola fis-suq"?

Kollha: Li għoġobna l-aktar kien il-bejgħ! Ħadna ħafna pjaċir, jekk naqilgħu biżżejjed flus inkunu nistgħu immorru ċ-ċinema, noħorġu nieklu flimkien, nixtru xi kotba u nagħtu donazzjonijiet lil xi NGO.

Talia:  L-aktar li għoġobni kien meta għamilna t-tè u l-kafè għall-klijenti fejn biegħna s-sandwiches, il-meraq tal-frott u l-ilma għal kulħadd u t-tè u l-kafè għall-kbar.

Joana: Inħobb insajjar l-aktar għax nitgħallmu kif nagħmlu l-ħelu u nieħdu ħafna pjaċir.

X'ma jogħġobkomx fil-proġett?

Aída: Meta nagħmlu żbalji fil-qbija, u nagħtuhom lura aktar flus milli suppost.

Joana: Li tkun ix-xita jew il-kesħa u ma' jiġux nies fuq is-suq.

Nereida: Li ma nbiegħux il-prodotti tagħna u jkollna mmorru lura l-iskola bihom. Il-lejl ta' qabel immorru fuq is-suq tant inkunu anzjużi li lanqas inkunu nistgħu norqdu. Noqogħdu naħsbu dwar l-affarijiet li jistgħu imorru ħażin: Li naslu tard, nagħtu qbija ħażina, jew li n-nies ma jogħġbuhomx il-prodotti tagħna…

X'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li taqsam il-prodotti ma' studenti minn pajjiżi oħra?

Vantaġġi:

Talia: Nieħdu pjaċir nagħmlu ħbieb minn pajjiżi oħra. U anki meta jżuruna. Kien sabiħ meta ġew l-istudenti mill-Polonja fil-proġett Sokrate. Tajjeb li kieku mmorru f'pajjiżhom u nżuru l-iskola tagħhom.

Anna: Niltaqgħu ma' nies minn pajjiżi oħra. Nitgħallmu dwar il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħhom u l-ħajja ta' l-iskola.

Joana: Inħobb nagħmel ħbieb oħra aktar minn kull ħaġ'oħra.

Żvantaġġi:

Kollha: Jgħaddi ħafna żmien qabel jirrispondu għall-messaġġi tagħhna. Bgħatna ittra b'fulljetti turistiċi, ritratti tagħna u tal-prodotti li nagħmlu u damet ġimgħatejn biex waslet l-iskola tagħhom. Għadna qed nistennew ir-riposta tagħhom għall-ewwel ittra. Kollox jieħu ħafna żmien.
Barra minn hekk ma nistgħux nibagħtulhom il-kejkijiet u l-ġamm li nagħmlu u nbiegħu hawn. Għall-imsieħba tagħna nipproduċu portmonijiet u notebooks. M'humiex daqtant tqal u dan importanti ħafna minħabba l-ispejjeż tal-posta. Aktar ma jkun tqil il-pakkett aktar ikun għoli biex tibagħtu.

X'tgħallimtu dwar l-imsieħba tagħhkom?

Tgħallimna fejn hija Malta fuq il-mappa u li hija ferm ippopolata u turistika ħafna. Innutajna kemm sofriet invażjonijiet matul l-istorja u li m'ilhiex li saret indipendenti.

Talia:  Għandhom kultura mill-aqwa grazzi għall-influwenza ta' daqstant popli.

Ana: U jitkellmu bl-Ingliż!

Joana: Dażgur! Kienu kolonja Ingliża!

Ana: Imma l-aktar li jinteressana huwa li nsiru nafu lill-imsieħba tagħna minn Birżebbuġa u għadna ma rċevejniex l-ittri mingħandom.

X'inhuma l-aktar affarijiet importanti li tgħallimtu minn dan il-proġett?

Aida:  Tgħallimna ħafna minn dan il-proġett: Nafu kif jaħdmu kumpaniji żgħar u li kulħadd huwa importanti għas-suċċess tagħhom... Tgħallimna kif insajjru, niddisinjaw it-tikketti, nitkellmu mal-klijenti, inbiegħu, nagħmlu intervisti... u ħadna ħafna pjaċir ukoll.

Talia:  Nistgħu naraw dak li jipproduċu skejjel oħra wkoll…

Ana: U nieħdu ideat ġodda!

X'parir tagħtu lil studenti oħra fl-Ewropa li jkunu jridu jibdew proġett simili?

Veru nieħdu gost, nitgħallmu ħafna u niltaqgħu ma' ħafna nies... U jkun tajjeb meta jasal il-pakkett minn Malta!

Editur tal-Web: Nuria de Salvador
Ippubblikat : 30/03/2006
Mibdul l-aħħar : 08/02/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






  Informazzjoni relatata

Kit ta' proġett lest: -deaktiviert-->L-iskola tmur fuq is-suq<--deaktiviert-

l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea