|
Fl-2003, Susanne Pratscher ġiet nominata bħala l-għalliema tas-sena ta' l-Iskejjel tal-Kummerċ kollha ta' Vjenna u ġiet appuntata bħala l-koordinatriċi ta' Jum ir-Rebbiegħa fl-Ewropa għall-Awstrija. Jum ir-Rebbiegħa fl-Ewropa huwa proġett li bih l-istudenti jitgħallmu dwar l-Unjoni Ewropea (UE). F'dan il-proġett, qabbdet lill-istudenti tal-klassi tagħha jippreparaw kartellun dwar kull pajjiż ta' l-UE. Dan involva l-ġbir t'ammonti kbar t'informazzjoni dwar il-kultura, l-ekonomija u l-politika tal-pajjiżi kollha membri ta' l-UE u tal-pajjiżi kandidati.
1. Għaliex l-iskejjel għandhom jinvolvu ruħhom fl-eTwinning?
L-iskejjel għandhom jinvolvu ruħhom għax l-eTwinning hija oppotrunita' liema bħala għal studenti u għalliema biex isiru jafu kulturi oħra u biex jiġu f'kuntatt ma' studenti u għalliema minn pajjiżi oħra. Il-ġemellaġġ huwa ta' gost għall-istudenti. Jekk ikun hemm il-fondi, anki mawra sa l-iskola tewmija hija possibbli. Minkejja li l-kuntatt bl-email huwa ħafif, il-kuntatt personali jagħmel differenza kbira! Jekk inkunu xxurtjati, xi studenti jibqgħu jżommu l-kuntatt għal ħafna żmien.
2. L-eTwinning, kif ser ibiddel l-iskejjel Ewropej?
Nispera li jibiddel l-attitudni ta' l-għalliema u ta' l-istudenti lejn nies minn pajjiżi oħra u l-kultura tagħhom. Dejjem tagħmel differenza kbira li ssir taf lil xi ħadd personalment. Nies li għandhom xi preġudizzji jsibu ċ-ċans li jgħelbuhom. L-iskejjel jistgħu iwessgħu l-orizzonti tagħhom u joffru lill-istudenti ċans sabiħ li jsiru jafu dwar aktar nies, il-ħajja skolastika tagħhom, il-ħajja privata u l-attivitajiet ta' divertiment. Jistgħu jitgħallmu wkoll dwar pajjiżi oħra u dwar is-sitwazzjoni politika fihom.
3. X'riżultati huma mistennija għall-iskejjel, l-għalliema, u l-istudenti?
L-istudenti jistgħu jikkomunikaw permezz ta' l-email, jistgħu jiġbru l-informazzjoni dwar il-belt u l-pajjiż ta' l-iskola msieħba, jistgħu jivjaġġaw u jieħdu l-opportunita' li juru l-iskola u l-belt tagħhom lill-imseħbin tagħhom. Jistgħu jitgħallmu ħafna dwar il-kultura ta' pajjiż ieħor. Peress li aħna skola tal-kummerċ, normalment inkunu nteressati b'mod speċjali f'attivitajiet kummerċjali li jkollhom rwol importanti fl-ekonomija tal-pajjiż ta' l-iskola msieħba.
4. X'jista'jsir b'mod konkret?
Ir-riżultati jistgħu ikunu mkejla, e.g. statistiċi dwar skola. Riċentement ħejjejna kwestjonarju li fih staqsejna lill-istudenti dwar il-lingwa tagħhom u l-pajjiż ta' l-oriġini tal-ġenituri tagħhom. Kienet sejba affaxxinanti li 481 student kienu jitkellmu 29 lingwa! Bħalissa qed nikkoperaw ma' skola fi Smorgon, belt żgħira fil-Belarussja. Fil-bidu tal-kooperazjoni tagħna, l-istudenti msieħba ħawwlu siġra fil-bitħa ta' l-iskola tagħhom bħala simbolu tal-ħbiberija tagħna. |