 |
Kif u għaliex tirreġistra? |
 |
Santi Scimeca, maniġer ta' l-Internet fil-European schoolnet, mexxa l-iżvilupp tal-portal ta' l-eTwinning. Huwa spjega kif tirreġistra u l-benefiċċji għall-iskejjel. |
 |
Kif tista' skola tirreġistra fil-portal ta' l-eTwinning? La darba jirreġistraw, x'ikunu l-benefiċċji għall-iskejjel?
Biex tiġi rreġistrata skola, irid ikun hemm xi ħadd minn dik l-iskola (għalliem, kap, librar, eċċ.) li jkun irid iwaqqaf sħubija ma skola oħra fl-Ewropa. Din il-persuna għandha tmur fil-portal ta' l-eTwinning u tikklikkja fuq 'irreġistra'. Tintalab xi nformazzjoni, fosthom dettalji ta' l-iskola u l-preferenzi għall-ġemellaġġ. Dan isir biex niżguraw li ssir tqabbila eżatta.
Hemm ħafna benefiċċji għall-iskejjel li jirreġistraw: isiru parti mid-database ta' l-iskejjel ta' l-eTwinning; l-unika waħda li tista' tintuża biex twaqqaf proġett ta' eTwinning; jistgħu isibu skola tewmija permezz tat-TwinFinder, jistgħu jaċċessaw il-parti magħluqa tal-portal fejn isibu għodod ta' kooperazzjoni u kollaborazzjoni. Fi ftit kliem isiru parti tal-Komunita' ta' l-eTwinning!
Kif jistgħu l-iskejjel isibu sħab għall-eTwinning?
La darba jkunu rreġistraw, l-iskejjel jistgħu jużaw it-TwinFinder, li qiegħed hemm biex jgħin lill-iskejjel isibu tewmin elettroniċi. Is-sistema tissuġġerixxi lista ta' skejjel li jaqblu mal-preferenzi ta' l-eTwinning li jkunu għamlu mar-reġistrazzjoni. Barra minn hekk, l-iskejjel ikunu jistgħu jirfinaw it-tfittxija billi jinkludu parametri speċifiċi, bħall-lingwa, temi, pajjiżi, eċċ.
La darba skola jew iktar jinstabu mis-sistema, il-persuni nvoluti jkunu jistgħu jibdew isiru jafu 'l xulxin aħjar billi jibgħatu messaġġi jew jorganizzaw sessjoni ta' chat. Dawn l-għodod huma kollha offruti mill-portal ta' l-eTwinning! Huwa biss meta jkunu ċerti li jaqblu flimkien u li jaqsmu l-istess interessi li jiddeċiedu li jwaqqfu partnership.
Kif jistgħu jirreġistraw partnership l-iskejjel?
Huwa proċess veru sempliċi. Malli l-iskejjel jidentifikaw ma' min iridu jittwinnjaw, jiklikkjaw fuq il-buttuna 'twin up' u jimlew formola sempliċi fejn jiddeskrivu l-attivitajiet li ser jagħmlu flimkien. Jekk għad m'għandomx idejat ċari, xorta jistgħu jittwinnjaw mingħajr ma jissottomettu pjan ta' ħidma, imma f'dan il-każ ma jkunux eliġibbli għall-eTwinning Label.
X'inhi l-eTwinning Label?
Is-sħubijiet kollha li jagħtu l-informazzjoni dwar l-attivitajiet li ser ikunu qed jagħmlu flimkien ser ikunu mogħtija eTwinning Label uffiċċjali, qishu ċertifikat li jkun jista' jitniżżel mill-portal, u jekk iridu jwaħħluh mal-ħajt tal-klassi.
Is-sħubijiet kollha li jkollhom din it-tikketta ser ikollhom faċċata speċjali fuq il-portal ta' l-eTwinning. Is-sħubijiet kollha ta' l-eTwinning ser ikollhom l-indirizz individwali tagħhom fuq l-Internet!
L-attivitajiet organizzati mill-imsieħba ser jiġu segwiti mis-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ.
Kif ser ikunu segwiti l-attivitajiet?
Matul il-fażi tar-reġistrazzjoni, is-sħubijiet huma deskritti permezz ta' pjan ta' xogħol bażiku. Madankollu, biex inkunu nafu x'inhu għaddej u f'każ li jkollhom bżonn xi għajnuna teknika jew pedagoġika, ser ikunu nkoraġġuti li jisottomettu l-hekk imsejjħa 'Progress Cards' - ftit jew wisq din hija deskrizzjoni qasira ta' l-attivitajiet. Jagħżlu huma kemm iridu jissottomettu dawn il-cards ta' spiss. Dan huwa l-uniku mezz kif is-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ jistgħu isegwu l-attivitajiet ta' l-eTwinning u jgħinu, jekk ikun hemm il-bżonn.
Semmejt parti tal-portal li ser tkun privata. X'funzjonijiet hemm?
Bħalma semmejt, kull user reġistrat għandu sezzjoni privata u riżervata fuq il-portal, imsejjħa l-eTwinning Desktop. Minn hemm il-users jistgħu jużaw it-TwinFinder, jikkomunikaw ma' eTwinners oħra, jwaqqfu sħubija, jiddawnlowdjaw l-eTwinning Label, jidħlu fit-Twinspace - post ta' xogħol kollaborattiv żvilluppat apposta għal attivitajiet ta' eTwinning - u jagħmlu affarijiet oħra. Fil-qosor, dak kollhu li għandek bżonn għall-eTwinning qiegħed hemm.
Il-Portal meta ser joffri t-TwinSpace għall-iskejjel biex jiżviluppaw il-proġett ta' l-eTwinning tagħhom? X'għodod ser jipprovdi t-TwinSpace?
Qed nippjanaw li t-TwinSpace ikun lest fi Frar. Dan l-ispazju riżervat ser ikun privat, dedikat għal proġetti ta' l-eTwinning reġitrati u aċċessibbli mill-eTwinning Desktop. Għodod bħal bulletin board, sistemi ta' messaġġi, chat, file sharing eċċ. ser jiġu offruti. Barra minn hekk, l-iskejjel ser ikunu mħeġġa jippubblikaw paġni u stampi online, u jekk iridu jagħmlu dan kollu aċċessibbli għal kulħadd minn fuq l-Internet. Fi kliem ieħor jistgħu jagħmlu l-websajt tal-proġett ta' l-eTwinning tagħhom!
Dażgur, jekk iridu, l-iskejjel jistgħu jużaw l-għodod li jogħġbuhom biex jiżviluppaw l-attivitajiet ta' l-eTwinning tagħhom anki barra mill-portal, bħall-email, pjattaformi ta' kollaborazzjoni oħra, eċċ. Sakemm l-isħubija tagħhom hija reġistrata, u li xi kultant jgħidulna x'inhuma jagħmlu permezz tal-'Progress Card', jitqiesu bħala eTwinners kompluti.
Xi żviluppi oħra huma mistennija?
Il-Portal ta' l-eTwinning ser joffri għodod oħra bħal ma huwa repożitorju ta' riżorsi ta' tagħlim fil-futur qrib. Imma ejja nitkellmu dwar dan fi ftit ġimgħat oħra!
 |
Mibdul l-aħħar : |
09/02/2007 |
 |
 |
 |
|