Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Intervistà ma' Meeri Sild
Barra milli tgħallem l-Ingliż lill-istudenti tagħha fl-Estonja, Meeri Sild tipprova tintroduċihom għal metodi ġodda ta' tagħlim u għal idea aktar wiesgħa dwar kif iħarsu lejn il-ħajja. L-użu ta' l-ICT fl-iskejjel dejjem kienet tinteressaha. Hija taqsam l-esperjenza tagħha ma' għalliema oħra Estonjani permezz ta' workshops u korsijiet in-service.

Meeri Sild ipparteċipat f'diversi proġetti t' kollaborajoni bejn skejjel Ewropej u għalhekk ġiet magħżula mis-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ Estonjan bħala ambxxatriċi għall-azzjoni ta' l-eTwinning f'pajjiżha. Hija tgħallem l-Ingliż fit-Tallinn Lillekyla Gymnasium.


Xi proġett tixtieq tagħmel fi ħdan il-qafas ta' l-eTwinning?

Iddiskutejt l-għażla tal-proġett flimkien mal-kollegi tiegħi u kkonkludejna li proġett dwar il-qasam ambjentali jkun l-aħjar għalina. L-istudji ambjentali huma nklużi fil-kurrikulu ta' l-iskejjel kollha u nkunu nistgħu niddiskutu problemi li jinteressawna lkoll.

Inti pparteċipajt fil-konferenza tat-tnedija ta' l-eTwinning fl-Estonja, x'kienet l-impressjoni tiegħek? X'għandhom bżonn ikunu jafu l-għalliema biex jibdew l-eTwinning?

Il-konferenza kienet tajba. Li kien importanti huwa li l-parteċipanti ma kienux individwi nteressati, imma timijiet minn skejjel li kienu jikkonsistu minn studenti u għalliema. L-istudenti jistgħu jkunu ta' motivazzjoni għall-għalliema.

Biex jibdew, l-għalliema għandhom bżonn tagħrif u taħriġ. Iltqajt ma' ħafna għalliema li jixtiequ jibdew proġett imma jibżgħu li jkun hemm ħafna xogħol li joħdilhom wisq ħin. Jekk ikunu murija li l-eTwinning joffrilhom portal li jistgħu jużaw biex isibu partners u biex jitgħallmu minn proġetti li diġà saru, jistgħu ikunu lesti li jibdew proġett. Barra minn hekk, għandhom ikunu jafu li proġett m'hemmx għalfejn li jdum żmien twil, u li hemm ħafna opportunitajiet ta' proġetti qosra li jistgħu jagħtu lill-istudenti opportunità li jgawdu minn xogħol fuq proġett.

Il-kuntatt personali fil-bidu ta' proġett huwa mportanti ħafna. La darba tkun iltqajt ma' l-għalliema li tkun se taħdem magħha, ikun ħafna aktar faċli biex tokkomununika bl-email. U ħaġ'oħra - il-proġett jista' jinkludi mhux biss għalliem wieħed imma timijiet minn skejjel. Għalliem tas-suġġett li jaħdem bit-tema, għalliem tal-lingwa biex jgħin fil-lingwa, għalliem ta' l-IT biex isolvi l-problemi tekniċi u fuq kollox il-kap ta' l-iskola biex jinkoraġġixxi lit-tim, u forsi jipprovdilhom xi riżorsi, jew għall-inqas appoġġ morali u rikonoxximent għax-xogħol tagħhom.

Bħalissa kif qed tuża l-ICT fil-klassi tiegħek?

L-ICT ilu jagħmel parti mit-tagħlim li nagħti għal żmien twil. Nuża kważi kull riżors possibbli, ibda' mill-Internet, softwer għat-tagħlim tal-lingwi, għodod għal preżentazzjonijiet, ambjent ta' tagħlim elettroniku (VIKO – virtual school), u għodod oħra biex nagħti appoġġ lill-istudenti tiegħi. Naħseb li ħuwa mportanti ħafna li tintroduċi lill-istudenti għal metodi ġodda ta' tagħlim għax ser jiswewlhom fil-ħajja futura tagħhom tax-xogħol.

X'inhuma il-vantaġġi ewlenin ta' l-użu ta' l-ICT fit-tagħlim tal-lingwi?

Il-vantaġġ prinċipali huwa bla dubju l-ambjent naturali tal-lingwa. Meta l-istudenti jkunu mdawwra mill-lingwa li jkunu qed jitgħallmu, jkunu nkorraġuti biex jitgħallmuha u jużawha. Il-kompjuter jista' jibdel taħriġ li jista' jkun tedjanti f'wieħed aktar interessanti. U meta l-istudenti jkunu jafu li għandhom ukoll ambjent ta' tagħlim virtwali biex jgħinhom, iħossuhom iktar kunfidenti fl-istudji tagħhom.

 

Editur tal-Web: Myriam Cornillet
Ippubblikat : 11/02/2005
Mibdul l-aħħar : 09/02/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea