 |
Intervistà ma' Mario Mauro |
 |
Mario Mauro, Viċi President tal-Parlament Ewropew, ntervistat dwar l-eLearning, l-eTwinning u temi oħra relatati. |
 |
F'din l-intervistà, Mario Mauro jispjega għaliex l-għalliema minn madwar l-Ewropa kollha għandhom jieħdu sehem fl-eTwinning u l-benefiċċji prinċipali li l-Istrateġija ta' Lisbona ser tagħti lis-Soċjetà t-Għarfien Ewropea.
Id-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni, hija meqjusa bħala l-aktar attività relevanti u mifruxa li tinvolvi t-taħriġ, skambji ta' studenti u għalliema, l-ivjaġġar u x-xogħol f'pajjiżi oħra. Dan huwa mequs bħala l-pedament veru ta' l-iżvilupp ta' soċjetà verament multikulturali u multilingwali, bbażata fuq il-prinċipji ta' l-għajnuna reċiproka.
L-Ewropa għandha tinvesti fl-edukazzjoni kif ukoll fit-teknoloġiji ġodda u fit-taħriġ biex tlaħħaq mal-wegħdiet ta' l-Istrateġija ta' Lisbona għas-soċjetà ta' l-għarfien. Ir-rabtiet ma' l-ekonomija l-ġdida huma b'saħħithom wisq u r-riskji li ma nkunux preparati għall-isfidi tal-millennju l-ġdid huma marbuta man-nuqqas ta' riżorsi fl-edukazzjoni u fit-teknoloġiji ġodda.
Fl-aħħar nett, l-Ewropa trid tgħin lill-iskejjel milquta mit-traġedja tat-tsunami billi tgħinhom jerġgħu jiżviluppaw dak li tilfu fl-għarar, mill-iskejjel sal-kotba, u billi tibqa' tagħti appoġġ anki wara l-fażi ta' l-ewwel għajnuna. L-iżvilupp huwa possibbli biss permezz ta' sistema edukattiva soda.
Aqra l-intervistà bit-Taljan
 |
Mibdul l-aħħar : |
09/02/2007 |
 |
 |
 |
|
|