 |
Logħbiet antiki irxuxtati f'pajjiżi differenti |
 |
Kostas Papathanasiou, għalliem ta' l-Edukazzjoni Fiżika fil-Kavassila junior high school tal-Greċja, u Alena Mayová, għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskola Česká Lípa tar-Repubblika Ċeka, wettqu proġett ta' l-eTwinning dwar il-logħob tradizzjonali. Għall-bidu l-għalliema kitbu emails lil xulxin u skambjaw ir-regoli ta' logħba antika Ċeka li tissejjaħ “Beating out” u oħra Griega msejħa “Faininda” permezz tat-Twinspace. Wara dan, lagħbu dawn il-logħbiet ma' l-istudenti tagħhom waqt il-lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika. Barra minn hekk bagħtu preżentazzjonijiet bil-powerpoint b'numru ta' ritratti lil xulxin biex il-logħba tinftiehem aħjar. Fl-aħħar l-istudenti bdew jilagħbu l-logħob waħedhom u għallmuh lil studenti oħra ta' l-iskola wkoll. |
 |
Kellimna lil Kostas u lil Alena u staqsejnihom dwar l-esperjenza ta' l-eTwinning tagħhom:
Għaliex involvejtu rwieħkom fl-eTwinning?
Alena: Smajt dwar l-eTwinning minn kollega tiegħi li hija eTwinner ta' l-esperjenza. Ittamajt li permezz ta' proġett bħal dan nitgħallem metodi ġodda għat-tagħlim ta' l-edukazzjoni fiżika kif ukoll dwar logħob ġdid li nista' ngħallem lill-istudenti. Bsart ukoll li l-istudenti jkunu nteressati ħafna f'xi ħaġa bħal din.
Kostas: Biex ngħidlek il-verità, ħassejtni ngħir għall-kollegi tiegħi u s-surmast meta smajthom jitkellmu dwar l-ideat u l-esperjenzi li kisbu bl-iskambji li kellhom ma' l-imsieħba ta' l-eTwinning mill-iskola Česká Lípa. Barra li ridt ninvolvi ruħi f'esperjenzi simili, rajt l-eTwinning bħala opportunità biex nuża għodod ta' l-ICT u minħabba li nieħu pjaċir naħdem bil-kompjuter u nikkomunika ma' nies oħra permezz ta' l-Internet, ħsibt li dan ikun ideali għalija.
Iltqajtu ma' xi diffikulatjiet matul il-proġett? Jekk iva, kif egħlibtuhom?
Alena: Għandi diffikultajiet biex nitkellem bl-Ingliż, allura xi kultant din kienet problema. Madankollu minħabba l-proġett, bdejt nattendi kors fil-lingwa u qed inkompli naħdem biex intejjeb l-Ingliż tiegħi.
Kostas: Għad irrid intejjeb il-ħiliet tiegħi fl-użu ta' l-għodod tad-desktop u ta' l-Ingliż. B'xorti tajba s-surmast u l-għalliema ta' l-Ingliż qed jgħinuni negħleb il-ftit diffikultajiet li ltqajt magħhom.
X'pariri tagħtu lill-għalliema li jridu jibdew proġett ta' l-eTwinning fuq it-temi tal-isport u tal-logħob?
Alena: Għandhom ikunu entużjasti daqsi! M'għandhomx jibżgħu jippruvaw affarijiet ġodda għax li tagħmel ħbieb ġodda u li tkun tista' tikkomunika bl-email m'għalliema u studenti f'reġjuni oħra ta' l-Ewropa huwa veru eċitanti. Nixtiqilhom xorti tajba!
Kostas: Ċert li l-isport u l-logħob huma temi ideali għall-kooperazzjoni internazzjonali għax ix-xkiel lingwistiku jingħeleb bil-lingwaġġ tal-ġisem. Madankollu inħeġġeġ lill-għalliema ta' kwalinkwe suġġett biex jibdew proġett ta' l-eTwinning; jitgħallmu ħafna aktar dwar is-suġġett li jgħallmu u b'hekk ikollhom sens akbar ta' kisba. Jitgħallmu jużaw teknoloġiji ġodda u l-lingwi barranin b'mod verament pjaċevoli. Fl-aħħarnett jitgħallmu li l-għalliema fl-Ewropa m'humiex daqstant differenti minn xulxin.
 |
Editur tal-Web: |
Katerina Bavorova |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
08/02/2007 |
 |
 |
 |
|