 |
Ħu pjaċir waqt li titgħallem! |
 |
Erik Jacquemyn, Il-Kap Eżekuttiv ta', iċ-Ċentru tax-xjenza Fjamming fil-Belġju, ġie intervistat dwar ir-rwol tal-mużewiet tax-xjenza u ta' l-esperimenti fl-edukazzjoni. F'Ottubru, Technopolis ipprovda l-isfond għat-tnedija tal-Xplora, il-portal Ewropew ta' l-edukazzjoni xentifika. |
 |
Erik Jacquemyn jindividwa tliet aspetti fl-edukazzjoni li l-mużewiet tax-xjenza jistgħu jissapportjaw:
- L-edukazzjoni ma sseħx biss fl-iskejjel: Isir tagħlim informali meta tkun qed tesplora waħdek!
- Il-mużewiet tax-xjenza jippermettu lit-tfal li jitgħallmu waqt li jagħmlu esperimenti xjentifiċi waqt li jieħdu gost. L-istqarrija tal-missjoni ta' Technopolis isemmi dan: “Nisma' u ninsa, nara u niftakar, nagħmel u nifhem”.
- Il-mużewiet jgħinu lit-tfal jifhmu l-gost tax-xjenza u li x-xjenza hija parti mill-ħajja ta' kuljum. Il-mużewiet jgħinu biex tinqered l-idea fl-edukazzjoni li x-xjenza hija tad-dwejjaq u teoretika.
L-Intervistà telabora dawn l-aspetti u tagħti lista ta' l-esperimenti favoriti tat-tfal li jżuru l-mużew. Jekk inti għalliem tax-xjenza, ħu xi idea ta' attivitajiet ta' l-eTwinning ma' skejjel f'pajjiżi oħra.
Intervistà (bl-Ingliż) www.technopolis.be (bl-Olandiż, bil-Franċiż u bl-Ingliż)
 |
Editur tal-Web: |
Anne Schultz Pinstrup |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
07/02/2007 |
 |
 |
 |
|
|