 |
Lezzjonijiet ta’ l-Istorja b’laqta awtentika |
 |
Xogħol permezz ta’ proġetti u riflessjonijiet virtwali ma’ sħab barranin wasslu għal ħarġiet |
 |
Peter Leitl huwa għalliem ta’ l-istorja f’Schigymnasium Stams fl-Awstrja, li hija nvoluta bil-kbir fl-eLearning. is highly involved in eLearning. Għalhekk kienet ħaġa naturali li Peter Leitl jinkludi l-kollaborazzjoni permezz ta’ l-eTwinning fit-tagħlim ta’ kuljum fis-suġġett tiegħu – l-istorja.
Skola msieħba fl-Irlanda It-tema magħżula għall-proġett kienet “L-Istroja ta’ l-Irlanda mill-Bidu sal-Preżent” u allura Peter Leitl fittex skola ġewwa l-Irlanda biex jittwinnja magħha. Huwa poġġa l-qafas tal-proġett fit-TwinFinder u malajr irċieva risposta mis-Second Presentation School minn ġewwa Wexford fl-Irlanda. Iż-żewġt iskejjel irreġistraw sħubija fuq il-portal ta’ l-eTwinning, u x-xogħol li nvolva studenti miż-żewġt iskejjel beda kemm fil-klassi kif ukoll online.
Komunikazzjoni bejn l-Istudenti Qabel ma’ l-proġett kien preżentat lill-istudenti Peter Leitl u John McCormack, l-għalliem mill-Irlanda, iddeċidew li l-għodda ewlenija għall-komunikazzjoni bejn l-istudenti għandha tkun l-email. Madankollu malajr indunaw li kien hemm il-bżonn ukoll ta’ komunikazzjoni simultanja, u allura l-istudenti bdew jikkomunikaw online bl-iSkype.
L-istudenti qasmu informazzjoni dwar postijiet ta’ interess fl-isorja Irlandiża. Huma ħadmu jew fi gruppi żgħar inkella individwalment, u minħabba li din il-kollaborazzjonai marret tajjeb, il-proġett ġie estiż biex jinkludi ħarġiet fejn l-istudenti ltaqgħu wiċċ imb’wiċċ. Fit-tħejjija ta’ dawn il-ħarġiet, studenti Awstrijaċi infurmaw lill-sħabhom fl-Irlanda dwar l-aspetti partikolari fl-istorja Irlandiża li kienu ħadmu fuqhom u l-istudenti Irlandiżi ħejjew dawra ġewwa Dublin fejn dawn l-aspetti kienu mogħtija importanza. Bi tpattija, l-istudenti Awstrijaċi ser iħejju dawra ta’ ġurnata – f’Ottubru dwar “Postijiet konnessi ma’ l-istorja tas-“Soċjaliżmu Nazzjonali fit-Tyrol” fejn fost oħrajn, l-istudenti ser iżuru kamp ta’ konċentrament.
Benefiċċji L-istudenti ibbenefikaw b’diversi modi minn din il-kollaborazzjoni ma’ sħab barranin. Uħud mill-benefiċċji kienu li rriflettew man-nies tal-lokal dwar dak li jiġi mgħallem ġewwa l-klassijiet, kisbu ħarsa aktar globali dwar l-istorja Ewropea, ħadmu fuq proġett u qiesu l-isfond storiku tagħhom meta mqabbel ma’ dak ta’ pajjiż ieħor. L-istudenti Awstrjaċi tejbu wkoll il-ħiliet tagħhom fl-Ingliż.
Intervistà ma’ Peter Leitl bl-Ingliż.
 |
Editur tal-Web: |
Anne Schultz Pinstrup |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
22/11/2006 |
 |
 |
 |
|