 |
Applika għal-Label ta' Kwalità |
 |
Ħaġa ġdida fl-eTwinning hija l-Label ta' Kwalità. Din il-Label hija mogħtija lill-għalliema li jkollhom proġetti eċċellenti ta' l-eTwinning. Turi li l-proġett kiseb standard tajjeb fuq livelli Nazzjonali u Ewropej. Għalhekk hemm żewġ labels: Il-Label Nazzjonali ta' Kwalità u l-Label Ewropea ta' Kwalità. Biex tifhem l-għan ta' din il-Label, aqra din l-intervistà ma' Anne Gilleran, Maniġer Pedagoġiku ta' l-European Schoolnet. |
 |
1. X'inhi l-Label ta' Kwalità?
Il-Label Nazzjonali ta' Kwalità hija mogħtija mis-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ lil dawk l-iskejjel li x-xogħol tagħhom fi ħdan is-sħubija ta' l-eTwinning ikun ikkunsidrat mill-aqwa f'pajjiżhom. Il-Label ta' Kwalità Ewropea hija mogħtija mis-Servizz Ċentrali t'Appoġġ lill-iskejjel fi sħubijiet li jkunu ikkunsidrati bħala eċċellenti minn perspettiva Ewropea.
2. X'inhuma l-benefiċċji tal-Label ta' Kwalità?
Il-Label ta' Kwalità hija forma ta' rikonoxximent għall-għalliema u l-iskejjel għax-xogħol ta' livell għoli fl-attivitajiet ta' l-eTwinning tagħhom. Din tagħti sodisfazzjon personali u rikonoxximent tax-xogħol. Għall-istudenti, din tkun għax-xogħol li jkunu għamlu, u għall-iskola sservi bħala affermazzjoni pubblika ta' l-impenn tagħhom għall-kwalità u l-kisbiet fix-xogħol kollaborattiv Ewropew.
3. Min jista' jikseb il-Label tal-Kwalità?
Kwalinkwe skola li hija nvoluta fl-eTwinning tista' tkun ikkunsidrata għal-Label ta' Kwalità għall-proġett li qed jipparteċipaw fih.
4. Kemm il-Label ta' Kwalità tista' tikseb skola?
Skola tista' tingħata Label ta' Kwalità għal kull proġett ta' l-eTwinning li jkollha. L-istess għall-Label Ewropea ta' l-eTwinning. Għall-proġetti li huma itwal minn sena, l-għalliema jiddeċiedu huma stess meta, waqt il-firxa tal-proġett japplikaw għal-Label.
5. Kif tista' tikseb il-Label ta' Kwalità?
Trid tapplika għall-Label ta' Kwalità għand is-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ ta' pajjiżek. Dan isir permezz tat-taqsima tal-Label fid-Desktop ta' l-eTwinning, fejn trid tiddeskrivi l-aspetti differenti tal-proġett tiegħek biex tiġġustifika l-applikazzjoni tiegħek għal-Label. Minħabba li l-Label ta' Kwalità hja mogħtija għal proġett partikolari, l-applikazzjoni għaliha wkoll huwa relatat ma' proġett partikolari. Waqt li tkun qed tapplika, trid tagħżel il-proġett relevanti mil-lista (jekk għandek aktar minn wieħed). Il-lista tidher fit-taqsima tal-Progress Card fid-Desktop.
6. Min jagħti l-Label ta' Kwalità u hemm xi data t'egħluq?
F'kull pajjiż, is-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ (NSS), jevalwa l-applikazzjonijiet mill-iskejjel għal-Label Nazzjonali
ta' Kwalità. Is-Servizz t'Appoġġ Nazzjonali tagħti l-Label ta' Kwalità tagħhom lill-iskola, jekk l-iskejjel kollha fis-sħubija jingħataw il-Label nazzjonali, imbagħad is-Servizz Ċentrali t'Appoġġ (CSS) tagħti l-Label Ewropea tal-Kwalità ukoll.
Is-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ jistgħu jagħtu l-Label matul is-sena kollha. F'xi pajjiżi, ser ikun hemm xi dati ta' l-egħluq, għalhekk l-għalliema għandhom jikkuntattjaw is-Servizz t'Appoġġ Nazzjonali tagħhom għal aktar informazzjoni. La darba l-applikazzjoni tkun milqugħa jew le, is-Servizz t'Appoġġ Nazzjonali jikteb kumment qasir biex jispjega d-deċiżjoni tiegħu.
Jekk iż-żewġt iskejjel fis-sħubija jingħataw il-label nazzjonali, l-iskejjel involuti jingħataw il-Label ta' Kwalità Ewropea mis-Servizz Ċentrali t'Appoġġ. Din il-label tingħata darbtejn fis-sena (probabbli f'Mejju u f'Novembru).
7. Liema kriterji jridu jintlaħqu biex tinkiseb il-Label ta' Kwalità?
Proġett irid jilħaq livell għoli skond dawn il-kriterji:
- Sostenibbiltà
- L-użu ta' l-ICT fil-proġett
- Riżultati u benefiċċji
- Integrazzjoni kurrikulari
- Id-dimensjoni Ewropea
- Innovazzjoni/kreattività
- Kwalità f'kull aspett
8. Kif tkun din il-Label, u hemm xi restrizzjonijiet għal kif tista' tintuża mill-iskejjel?
Il-Label tal-Kwalità tieħu l-forma ta' ċertifikat elettroniku li jista' jintwera fuq il-websajt ta' l-iskola. Iċ-ċertifikat jidher ukoll ħdejn l-iskola fil-mappa li hija aċċessibbli mill-paġna tad-dħul tal-portal.
 |
Editur tal-Web: |
Anne Schultz Pinstrup |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
13/08/2007 |
 |
 |
 |
|