Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Intervisti
Intervisti ma' esperti fl-edukazzjoni u fl-ICT, rappreżentanti ta' istituzzjonijiet ta' l-UE u ta' ministeri ta' l-edukazzjoni nazzjonali.
L-eTwinning u t-Tagħlim tal-Lingwi

Skopri kif l-eTwinning għen biex żewġ għalliema mill-Belġju u mill-Italja sabu mod interessanti biex jgħallmu l-lingwi b'mod naturali u divertenti
Kompli aqra...
Intervistà ma' Donatella Nucci

Interessat/a li tidħol fi proġett ta' l-eTwinning ma' skola fl-Italja? Biex insiru nafu aktar dwar kif qed jaħdem l-eTwinning l-Italja, għadna kif kellimna lil Donatella Nucci, il-koordinatriċi ta' l-eTwinning fl-Italja.
Kompli aqra...
Logħbiet antiki irxuxtati f'pajjiżi differenti

Kostas Papathanasiou, għalliem ta' l-Edukazzjoni Fiżika fil-Kavassila junior high school tal-Greċja, u Alena Mayová, għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskola Česká Lípa tar-Repubblika Ċeka, wettqu proġett ta' l-eTwinning dwar il-logħob tradizzjonali. Għall-bidu l-għalliema kitbu...
Kompli aqra...
Intervistà ma' Koen Van Cauwenberge

Koen van Cauwenberge huwa għalliem ta' l-Ingliż, tal-Ġermaniż u ta' l-Olandiż fil-Heilige-Maagdcollege ġewwa Dendermonde, skola sekondarja fil-Belġju.
Kompli aqra...
Intervistá ma' Isolde Adling

Isolde Adling hija l-Kap ta' l-Iskola 'Schule an der Malchower Aue’, li hija skola primarja u sekondarja bi speċjalizzazzjoni fl-edukazzjoni għal...
Kompli aqra...
Intervistà ma' intraprenditur żgħar fl-Ewropa

L-istudenti kollha f'din l-intervista, minbarra ż-żgħar nett huma lkoll intraprendituri ta' l-esperjenza u ilhom iwaqqfu kumpaniji u jimmanifatturaw u u jbigħu prodotti għal diversi snins. Bl-għajnuna ta' l-għalliema tagħhom, Maria Rosario, intervistajnihom dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi...
Kompli aqra...
Applika għal-Label ta' Kwalità

Ħaġa ġdida fl-eTwinning hija l-Label ta' Kwalità. Din il-Label hija mogħtija lill-għalliema li jkollhom proġetti eċċellenti ta' l-eTwinning. Turi li l-proġett kiseb standard tajjeb fuq livelli Nazzjonali u Ewropej. Għalhekk hemm żewġ labels: Il-Label Nazzjonali ta' Kwalità u l-Label...
Kompli aqra...
Intervistà ma' Laine Aluoja

Laine Aluoja, għalliema tal-matematika minn Türi Gymnasium fl-Estonia, titkellem dwar il-benefiċċji għall-iskejjel li jipparteċipaw fl-eTwinning.

Il-benefiċċji, fost affarijiet oħra, kienu diskussi f'konferenza nazzjonali f'Ottubru ta' l-2005, fejn għalliema, kapijiet ta'...

Kompli aqra...
Proġetti ta' l-eTwinning: aġġornament mingħand Santi Scimeca

Għaddiet l-ewwel sena ta' l-eTwinning. Skejjel minn pajjiżi differenti ingħaqdu biex jagħtu lill-għalliema u lill-istudenti esperjenza transnazzjonali permezz ta' l-użu tat-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT). Twettqu ħafna proġetti f'din l-ewwel sena, imma ħafna...
Kompli aqra...
Intervistà ma' Halina Bednarz

Halina Bednarz hija għalliema tal-fiżika u tax-xjenza tal-kompjuter fi skola sekondarja fil-Polonja. Hija l-koordinatriċi ta' diversi proġetti edukattivi. Tlieta mill-proġetti tagħha ġew magħżula fost l-ewwel mija għall-eLearning Awards fl-Ewropa. Fl-2005, dan kien il-proġett ta'...
Kompli aqra...
Intervistà ma' Karl Donert

Karl Donert, konsulanet pedagoġiku tar-Renju Unit għall-Proġett Jum ir-Rebbiegħa fl-Ewropa, jispjega l-attivitajiet tal-EUROGEO u juri l-benefiċċji ta' l-użu ta' l-ICT fil-lezzjonijiet tal-ġografija.
Kompli aqra...
Intervistà ma' Petru Dumitru, Proġett myEUROPE

myEUROPE huwa proġett ibbażat fuq il-web li jgħin lill-għalliema jrawwmu kuxjenza fost l-istudenti tagħhom dwar xi jfisser li tkun ċittadin żgħir fl-Ewropa. Bl-involviment ta' netwerk ta' aktar minn 4,500 skola, id-diversità ta' l-Ewropa hija mdaħħla fil-klassi permezz ta' l-Internet.
Kompli aqra...
L-eLearning Awards

L-eLearning Awards hija kompetizzjoni ta' kull sena li tippremja prattika eċċellenti fit-tħaddim tat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni (ICT) fit-tagħlim.
Kompli aqra...
Ħu pjaċir waqt li titgħallem!

Erik Jacquemyn, Il-Kap Eżekuttiv ta', iċ-Ċentru tax-xjenza Fjamming fil-Belġju, ġie intervistat dwar ir-rwol tal-mużewiet tax-xjenza u ta' l-esperimenti fl-edukazzjoni. F'Ottubru, Technopolis ipprovda l-isfond għat-tnedija tal-Xplora, il-portal Ewropew ta' l-edukazzjoni xentifika.
Kompli aqra...
Għodod u network għall-għalliema tax-xjenza

Karl Sarnow, konsulent pedagoġiku għall-portal Xplora ta' l-EUN kien intervistat dwar il-possibiltajiet offruti mill-Xplora, il-portal Ewropew ta' l-edukazzjoni xjentifika, għall-għalliema tax-xjenza Ewropej.
Kompli aqra...
Intervistà ma' Viljenka Šavli

Viljenka Šavli hija waħda mill-pijunieri ta' proġetti kollaborattivi ibbażati fuq l-ICT fl-Ewropa
Kompli aqra...
Lezzjonijiet ta’ l-Istorja b’laqta awtentika

Xogħol permezz ta’ proġetti u riflessjonijiet virtwali ma’ sħab barranin wasslu għal ħarġiet
Kompli aqra...
Internazzjonalizzazzjoni permezz ta' l-eTwinning

Tista' tagħmel l-eTwinning parti mit-tagħlim ta' kuljum. L-attivitajiet jistgħu jiġu implimentati fil-kurrikulu nazzjonali u jiżdiedu ma' l-attivitajiet normali ta' l-iskola. Tgħallem aktar dwar il-pjanijiet ta' din l-iskola sekondarja ogħla fid-Danimarka.
Kompli aqra...
Intervistà ma' Andreas Karamanos

Is-Segretarju Ġenerali tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Affarijiet Reliġjużi kien intervistat dwar kif il-potenzjal ta' l-ICT fl-edukazzjoni qed jiġi sfruttat fil-Greċja
Kompli aqra...
Intervistà ma' Mario Mauro

Mario Mauro, Viċi President tal-Parlament Ewropew, ntervistat dwar l-eLearning, l-eTwinning u temi oħra relatati.
Kompli aqra...
Intervista ma' Derrick de Kerckhove

Fil-konferenza tat-tnedija ta' l-eTwinning li saret riċentement, Derrick de Kerckhove, riċerkatur magħruf fuq l-impatt ta' teknoloġiji ġodda fuq il-konjizzjoni, ippreżenta l-ideat tiegħu fuq kif tista' tkun l-edukazzjoni fi ftit snin oħra. Huwa jemmen li l-Internet joffri l-opportunità...
Kompli aqra...
Kif u għaliex tirreġistra?

Santi Scimeca, maniġer ta' l-Internet fil-European schoolnet, mexxa l-iżvilupp tal-portal ta' l-eTwinning. Huwa spjega kif tirreġistra u l-benefiċċji għall-iskejjel.
Kompli aqra...
Micheline Maurice

Micheline Maurice, esperta Franċiża tal-pedagoġija tmexxi sessjonijiet ta' taħriġ għall-għalliema fuq il-pedagoġija ta' l-iskambji, aspetti interkulturali u d-dimesjoni Ewropea ta' l-edukazzjoni. Meta saret taf bl-eTwinning, qalet lilha nfisha, "Fl-aħħar - l-azzjoni Ewropea li kont...
Kompli aqra...
Intervista' ma' Susanne Pratscher

Susanne Pratscher tgħallem il-Ġermaniż u l-Ingliż fl-Iskola tal-Kummerċ ta' Vjenna. Imdorrija fl-involviment fi proġetti kollaborattivi fi skejjel Ewropej, tikkunsidra l-eTwinning bħala opportunita' liema bħala għall-istudenti u l-għalliema biex isiru jafu kulturi oħrajn.
Kompli aqra...
Intervistà ma' Nada Kadlecova

Wara li għexet għal ħafna snin wara l-purtiera tal-ħadid, Nada Kadlecova, għalliema mir-Repubblika Ċeka, tqis il-parteċipazzjoni fi proġetti Ewropej u li nitgħallmu dwar xulxin bħala ta' sodisfazzjon kbir. Konxja mill-fatt li l-istudenti tagħha huma motivati mill-użu tal-kompjuters,...
Kompli aqra...
Intervistà ma' Meeri Sild

Barra milli tgħallem l-Ingliż lill-istudenti tagħha fl-Estonja, Meeri Sild tipprova tintroduċihom għal metodi ġodda ta' tagħlim u għal idea aktar wiesgħa dwar kif iħarsu lejn il-ħajja. L-użu ta' l-ICT fl-iskejjel dejjem kienet tinteressaha. Hija taqsam l-esperjenza tagħha ma' għalliema...
Kompli aqra...
Intervista ma' Mike Wohne

Mike Wohne huwa kap ta' skola Ġermaniż b'xeħta innovattiva għall-pedagoġija. Huwa waqqaf sħubijiet ma' skejjel fir-Repubblika Ċeka biex b'hekk l-istudenti jirċievu edukazzjoni interkulturali.
Kompli aqra...
Intervistà ma' Czeslaw Michalewski

Czeslaw Michalewski huwa għalliem tal-filosofija fl-Iskola Internazzjonali Għolja ta' Sèvres (Lycée de Sèvres) fi Franza. Flimkien m'għalliema ta' l-istorja u tal-litteratura, huwa jmexxi klabb tal-filosofija li jippromwovi diskussjoni u interess dwar suġġetti differenti fost l-istudenti....
Kompli aqra...
Intervista' ma' Maruja Gutiérrez Díaz

Maruja Gutiérrez Díaz, Kap tas-Sezzjoni tal-Multimedja fid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u Kultura tal-Kummissjoni Ewropea, tagħti l-veduti tagħha fuq l-azzjoni ta' l-eTwinning
Kompli aqra...
Intervista ma' Cécile Gouzée

Cécile Gouzée tmexxi l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni ta' l-eTwinning (sħubijiet ta' skejjel fl-Ewropa) fil-Komunita' tal-Belġju li titkellem bil-Franċiż. Hija tewmija mwielda taħt is-sinjal tal-Ġemini u ssostni: "fin-natura tagħhom, it-tewmin jesperjenzaw is-solidarjeta', l-oħrajn,...
Kompli aqra...
Intervista ma' Ms Katerina Bavorova

Intervista ma' Ms Katerina Bavorova, għalliema Ċeka, issa membru tal-helpdesk ta' l-għalliema tal-European Schoolnet.
Kompli aqra...






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea