Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Ir-Rebbieħa tal-Kompetizzjoni Jum l-Internet aktar Sigur 2007 ippremjati
Għalliema u studenti minn tmien pajjiżi ġew ippremjati għall-proġetti eċċellenti tagħhom dwar is-sigurtà fuq l-internet waqt l-għoti tal-premjijiet għal Jum l-Internet aktar Sigur 2007 ġewwa Brussell fil-11 ta' Ġunju.

Il-Kompetizzjoni Jum l-Internet aktar Sigur 2007, organizzata minn Network Insafe u mnedija fil-ħarifa ta' l-2006 kellha l-parteċipazzjoni ta' mijiet ta' skejjel minn madwar l-Ewropa u minn madwar id-dinja. Din kienet imsejsa fuq tliet temi - Privatezza Elettronika, Netikett u l-Importanza ta' l-istampi – skejjel imsieħba ħadmu flimkien fuq proġett ta' tliet xhur biex jiriflettu u jiddiskutu dwar dawn it-temi daqstant importanti.

B'kollox kienu ippremjati erba' proġetti: wieħed għal kull waħda mit-tliet temi u wieħed għall-innovazzjoni. Il-premju għal kull skola, sponsorjat minn Vodafone u Liberty Global, kien tas-somma ta' 1500 ewro biex jintużaw għax-xiri ta' tagħmir ta' l-ICT għall-iskola tagħhom.

Ħadna pjaċir naraw li ħafna mill-proġetti mdaħħla għall-kompetizzjoni kienu minn skejjel li qed jieħdu sehem fl-eTwinning. Barra minn dan, fost it-tmien finalisti kien hemm sitta li kienu skejjel ta' l-eTwinning.

Il-Kompetizzjoni Jum l-Internet aktar Sigur 2007 kienet it-tieni kompetizzjoni internazzjonali organizzata min-network Insafe fil-kuntest ta' "Jum l-Internet aktar Sigur" li din is-sena kien imfakkar nhar is-6 ta' Frar.

Il-Kompetizzjoni tas-sena d-dieħla dalwaqt tkun imnedija, żommu rwieħkom infurmati għal aktar dettalji!

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 03/07/2007
Mibdul l-aħħar : 24/08/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea