Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Il-Konferenza ta' l-eTwinning tippremja l-aħjar proġetti ta' l-ICT fl-iskejjel Ewropej
Il-Konferenza ta' l-eTwinning għas-Sena 2007, "L-eTwinning, il-Passat, il-Preżent u l-Futur" ippremjat l-aħjar proġetti Ewropej għal din is-sena u laqqgħet għalliema minn madwar l-Ewropa li ddiskutew il-futur ta' din l-Azzjoni.

Fit-tielet edizzjoni tagħha, l-Konferenza ta' l-eTwinning li saret fi Brussel bejn it-23 u l-25 ta' Frar wriet biċ-ċar li kif l-Azzjoni qiegħda dejjem aktar tissaħħaħ. Aktar minn 400 għalliema minn madwar l-Ewropa attendew il-konferenza. L-indirizz tal-ftuħ, magħmul minn Ján Figel, Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-edukazzjoni, t-taħriġ u ż-żgħażagħ, emfasizza li l-eTwinning qed jagħti kontribut għall-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni kif ukoll għat-tkabbir fl-użu tat-teknolġija ta' l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni (ICT) fil-pedagoġija.

Fid-diskors tal-ftuħ, il-Kummissarju Figel’ iddiskuta l-importanza ta' l-eTwinning bħala parti mill-Programm il-ġdid għat-Tagħlim Matul il-Ħajja 2007-2013. B'daqstant skejjel jieħdu sehem, l-eTwinning huwa opportunità komplimentari biex sħubijiet Comenius ikomplu bix-xogħol tagħhom u wkoll biex skejjel oħra jibdew proġetti kollaborattivi permezz ta' l-ICT. Il-Kummissarju Figel’ semma l-eTwinning fl-ambitu tal-Proċess ta' Bologna u ta' l-Aġenda ta' Lisbona u spjega li l-għalliema involuti fl-eTwinning qegħdin iwittu t-triq għall-kollaborazzjoni bejn skejjel. Huwa kkwota lil Jean Monnet, "La jiena pessimist u lanqas ottimist, sempliċiment determinat", u kompla jħeġġeġ l-għalliema biex ikomplu bix-xogħol tajjeb tagħhom.

Il-premjijiet imbagħad kienu mogħtija lir-rebbieħa u lill-proġetti tat-tieni post. Ir-rebbieħa ngħataw l-opportunità li jattendu kamp ta' l-ICT t'erbat ijiem li ser isir fi Sqallija fl-aħħar t'April fejn l-għalliema u l-istudenti jiltaqgħu wiċċ imb'wiċċ ma' l-imsieħba tagħhom, jkomplu jitgħallmu dwar proġetti kollaborattivi fuq l-Internet u jqattgħu ħin ma' studenti oħra minn madwar l-Ewropa. Ir-Runners-up kienu mistiedna biex jipparteċipaw f'wieħed mill-workshops għall-iżvilupp professjonali Ewropej li ser isiru sa Ġunju li ġej.

Il-Proġett Rebbieħa

Etajiet 4-11: “Gingerbread House”
http://www.zsomsenie.sk/static/eTwinning/
• SLOVAKKJA: Základná škola Omšenie (Denysa Križanova)
• REPUBBLIKA ĊEKA: Základní škola a mateřská škola Sivice (Pavel Vrtěl)

Etajiet 12-15: “Eurofilm Factory”
http://twinspace.etwinning.net/launcher.cfm?lang=en%20,&ca=iesciii 
• SPANJA: IES Carlos III (Libia  Kowarik)
• LITWANJA: Prienai "Ziburys" gymnasium (Irma Sneideriene)

Etajiet 16-19: “Young people's search for personal identity”
http://www.highschoolmonaco.eu/etwinning/
• POLONJA: I LO im T Kosciuszki w Mysłowicach (Ewa Groszek)
• ITALJA: ITIS "A.Monaco" Cosenza (Paola Lico)

Informazzjoni dettaljata dwar ir-rebbieħa runners-up

Il-bqija tal-konferenza iffukat fuq taħdidiet plenarji, sessjonijiet interattivi u workshops dwar il-Portal, pedagoġija u ideat għall-proġetti. Il-kelliema kienu jinkludu lil: Stephen Heppell, fundatur ta' l-Ultralab; Oscar Stringer, espert fuq l-animazzjoni; u l-membri tal-Pedagogical Advisory Group ta' l-eTwinning (PAG): Anne Gilleran, Conor Galvin, Pieter Hogenbirk, Martha Hunya, Michelle Selinger u Bettina Zeidler.

Preżentazzjonijiet mill-konferenza:

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 28/02/2007
Mibdul l-aħħar : 13/08/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea