Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Diskussjoni teknika permezz taċ-Chat ta' l-eTwinning
Għandek xi mistoqsijiet dwar xi aspett tekniku ta' l-għodod ta' l-eTwinning? Jekk iva, għandek iċ-ċans li tingħata t-tweġibiet għalihom! Bejn il-5 u d-9 ta' Frar 2007, Santi Scimeca se jkun disponibbli biex jitkellem miegħek permezz ta' chat.

Għal siegħa kuljum, tista' tistaqsi lil Santi Scimeca, Senior Portals Manager ma' l-European Schoolnet, dawk il-mistoqsijiet dwar xi problemi li għandu mnejn tkun iltqajt magħhom jew dwar affarijiet li tixtieq tagħmel u ma tafx kif.

Għadek m'intix fl-eTwinning?
Jekk għadek m'intix involut/a fi proġett ta' l-eTwinning, dan huwa ċans mill-aqwa biex tiskopri l-għodod li tista' tuża u kif jaħdmu.

Diġà rreġsitrajt għall-eTwinning?
Jekk diġà rreġistrajt għall-eTwinning u tixtieq tiskopri aktar dwar kif tuża l-pjattaforma ta' l-eTwinning biex issib xi ħadd ma' min tkun tista' taħdem, jew kif tibda proġett tajjeb, għandek ċans issir taf aktar!

Diġà nvolut fi proġett?
Qed tagħmel użu sħiħ ta' l-għodod disponibbli fuq id-Desktop u fit-TwinSpace? Għandek idea ċara ta' x'jistgħu jagħmlu dawn l-għodod? Skopri kif tista' tkompli ttejjeb il-proġett ta' l-eTwinning tiegħek.

Iċ-chat - li huwa aċċessibbli mill-paġna ewlenija ta' l-eTwinning, ser ikun disponibbli kif ġej (CET):

• It-Tnejn, 5 ta' Frar, mit-15.00 sa l-16.00
• It-Tlieta, 6 ta' Frar, minn 12.00 sas-13.00
• L-Erbgħa, 7 ta' Frar, mit-15.00 sa l-16.00
• Il-Ħamis, 8 ta' Frar, mit-15.00 sa l-16.00
• Il-Ġimgħa, 9 ta' Frar, mit-15.00 sa l-16.00

Nistennewk!

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 24/01/2007
Mibdul l-aħħar : 22/06/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea