Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Kompetizzjoni 'Jum l-Internet aktar Sigur 2007'
Idħol għall-Kompetizzjoni 'Jum l-Internet aktar Sigur 2007' u irbaħ premju misterjuż għall-iskola tiegħek! Billi tuża wieħed mill-kits lesti għall-proġetti dwar is-sigurtà fuq l-Internet sat-15 ta' Decembru, tista' tirreġistra l-proġett tiegħek fil-Portal ta' l-eTwinning u ddaħħlu għall-kompetizzjoni.

Fis-6 ta' Frar 2007, ser inkunu qed niċċelebraw 'Jum l-Internet aktar sigur' li huwa parti minn inizjattiva dinjija biex nippromwovu Internet aktar sigur, speċjalment għaz-zgħar.  Għal din l-okkażjoni, l-Insafe, n-Network Ewropew għal Internet aktar sigur, qed jorganizza l-kompetizzjoni 'Jum l-Internet aktar sigur'.

L-eTwinning u l-Insafe ingħaqdu biex iħeġġu lill-għalliema jinvolvu ruħhom f'din l-inizjattiva importanti permezz ta' proġetti dwar is-sigurta', fuq l-Internet imfassla fuq tliet 'kits lesti'.Sib skola, agħżel tema u kit għall-proġett u aħdmu flimkien biex iħejju għall-kompetizzjoni. (Ta min tinnutaw li għal din il-kompetizzjoni ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ skejjel f'kull sħubija).

Il-Kits huma:

• e-Privacy: Websajts għan-netwerkjat soċjali qed isiru dejjem aktar popolari maż-żgħazagħ.  Imma dawn huma konxji ta' kif ikunu siguri fuq l-Internet? Kemm huwa importanti li toħloq profil sigur? Kif tista' tipproteġi l-privatezza fuq l-Internet?

• Netiquette: In-Netwerkjar fuq l-Internet  jippermettilek li tagħmel kuntatt ma numru kbir ta' persuni, toħloq gruppi skond interessi komuni, tipparteċipa f'fora pubbliċi, eċċ.  Il-komunikazzjoni online kif inhi differenti minn metodi oħra ta' kommunikazzjoni?

• Images: X'informazzjoni tista' tagħti stampa? Kif għandhom jintużaw l-istampi fil-kommunikazzjoni onlajn? Tista' tagħmel ħsara bil-pubblikazzjoni ta' stampi?

Oħloq poster, brochure, filmat qasir, workshop jew materjal ieħor li jeduka u jqajjem kuxjenza dwar l-użu etikament korrett u sigur ta' l-Internet u l-mobajls, orbtu mat-tema li għaiżltu u tella' l-kreazzjoni tiegħek fuq il-blogathon li ser tkun online fis-6 ta' Frar 2007. Hemm erba' premjijiet, wieħed għal kull kit li jistgħu jintgħażlu u ieħor għal dak l-aktar innovattiv. Kull wieħed mill-premjijiet huwa stmat li jiswa €3000 u ser ikun imfassal skond il-htiġijiet ta' l-ICT tal-klassi li tirbah, eż: softwer, apparat, aċċess għall-Internet eċċ.

Dati ta' l-għeluq: Il-Proġett tiegħek irid ikun reġistrat fuq il-Portal ta' l-eTwinning u mdaħħal fil kompetizzjoni fil-websajt ta' l-Insafe sat-15 ta' Decembru 2006.  Il-Proġett tiegħek irid ikun mitmum sal-5 ta' Frar 2007.

Agħti ħarsa lejn il Kits lesti għall-Proġetti
Aktar dwar il-Kompetizzjoni 'Jum l-Internet aktar sigur 2007.

• Agħti ħarsa lejn il-Kits lesti għall-Proġetti
• Aktar dwar il-Kompetizzjoni 'Jum l-Internet aktar Sigur 2007' (EN)


 

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 11/10/2006
Mibdul l-aħħar : 13/02/2007
Lingwi oħra : cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea