 |
Il-Pedagogical Advisory Group ta' l-eTwinning |
 |
Esperti edukattivi minn sitt pajjiżi Ewropej josservaw it-titjib pedagoġiku fl-eTwinning. |
 |
Il-Pedagogical Advisory Group (PAG) għall-eTwinning jinkludi esperti minn Ministeri ta' l-Edukazzjoni, riċerkaturi edukattivi, trainers u trainers ta' l-għalliema u esperti edukattivi mill-Industrija ta' l-ICT mill-Ġermanja, l-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Olanda u r-Renju Unit. Iċ-chairperson, Pieter Hogenbirk, huwa membru b'kariga għolja fl-ispettorat Olandiż.
Il-PAG jiltaqa' regolarment biex jidentifika oqsma u jissuġġerixxi soluzzjonijiet għat-titjib pedagoġiku fil-kollaborazzjoni ta' l-iskejjel bl-eTwinning. L-eperti jassistu u jagħtu pariri, flimkien mas-Servizz Ċentrali t'Appoġġ u mas-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ (NSS) fl-identifikazzjoni u t-twettiq ta' l-iżvilupp professjonali ta' l-għalliema involuti fl-eTwinning.
Matul l-aħħar laqgħa tagħhom f'Settembru 2005, il-PAG iddiskuta suġġetti relatati mal-kwalità tat-taħriġ ta' l-għalliema li huma involuti fl-eTwinning. Ir-rakkomandazzjonijiet kienu li l-iskejjel għandhom jiġu mħeġġa biex jiksbu ċerti standards ta' kwalità biex jiksbu il-label ta' kwalità ta' l-eTwinning u li udjenzi speċifiċi għandhom jiġu indirizzati biex joħolqu relazzjonijiet bejn pajjiż u ieħor f'qasam partikolari.
L-esperti iddiskutew ukoll kif l-aħjar li jiġu ppreparati l-għalliema fl-aspetti kollaborattivi tas-sħubijiet bejn skejjel. Wieħed mill-modi kien li jitwaqqfu sessjonijiet jew workshops fejn l-għalliema jaħdmu b'mod kollaborattiv u jiffukaw fuq metodoloġiji għal dan it-tip ta' xogħol.
Il-laqgħa li jmiss ser issir matul il-Konferenza ta' l-eTwinning li ser issir f'Jannar 2006 ġewwa Linz, fl-Awstrija.
Għal aktar informazzjoni: Anne Gilleran
 |
Editur tal-Web: |
Anne Gilleran |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
18/11/2006 |
 |
 |
 |
|