 |
Riżoluzzjonijiet għas-Sena l-Ġdida: Nimxu 'l quddiem bl-eTwinning! |
 |
Ibda s-sena 2007 bit-tajjeb fl-eTwinning billi tagħti ħarsa lejn il-bosta għodod li bihom tista' tibda proġett, issib partner jew tkompli ttejjeb proġett eżistenti |
 |
Ir-riżoluzzjonijiet tas-Sena l-Ġdida jgħoddu wkoll għall-eTwinning! Fil-qafas ta' proġett kollaborattiv bl-eTwinning, tista' tagħmel użu minn diversi riżorsi. Jekk qed tfittex għal xi ideat jew metodi ta' kif iżżid attivitajiet fil-proġett tiegħek, agħti ħarsa lejn il-lista t'attivitajiet tagħna għall-2007:
Ispirazzjoni: Għandek bżonn xi ideat dwar kif se tibda?
Għodod għat-tiftix tal-partners: Għandek il-problemi biex issib partner?
- Aġġorna l-Idea tal-Proġett fit-taqsima 'Profil' tad-Desktop ta' l-eTwinning
- Uża l-Mailbox biex tibgħat email lill-partners prospettivi
- Uża l-Forum għat-Tiftix tal-Partners biex tgħaddi messaġġ lil kulħadd
- Fittex bit-TwinFinder biex issib skejjel li jaqblu sewwa mal-profil u l-ideat tiegħek
Żvilupp tal-proġett: Trid ittejjeb ix-xogħol fil-proġett?
- Uża t-TwinSpace biex torganizza u taħżen id-dokumenti, vidjos u ritratti tal-proġett
- Imla l-Progress Card u segwi l-iżvilupp tal-proġett u aqsam ix-xogħol tiegħek mas-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ tiegħek
- Applika għall-Label ta' Kwalità biex tikseb għarfien għas-suċċess tal-proġett tiegħek fuq livell nazzjonali u Ewropew
- Ippubblika x-xogħol tiegħek biex taqsmu ma' ħaddieħor - ippubblika t-TwinSpace u l-Progress Card tiegħek
Żomm kuntatt mal-partner(s) tiegħek b'mod regolari, iċċekkja l-Portal minn żmien għall-ieħor biex tara x'inhu għaddej fl-Ewropa u fuq kollox, iddeverti bil-proġetti ta' l-eTwinning fl-2007!
 |
Editur tal-Web: |
Christina Crawley |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
22/06/2007 |
 |
 |
 |
|