Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Ibda s-sena l-ġdida minn ta' quddiem
Minkejja li din is-sena skolastika dalwaqt tasal fi tmiemha, mhux kmieni wisq biex tibda taħseb għal proġett ta' l-eTwinning għall-ħarifa. Issa huwa l-waqt li tibda' tiddiskuti mal-kollegi u l-istudenti tiegħek dwar proġetti ġodda għas-sena d-dieħla.

Jekk għadhek qatt ma pparteċipajt fl-eTwinning jew inkella trid tipprova xi ħaġa ġdida, proġett kollaborattiv huwa mod mill-aqwa biex tinvolvi lill-istudenti fis-sena l-ġdida kif ukoll biex twaqqaf sisien sodi għax-xogħol matul il-bqija tas-sena.

Dawn huma ftit ideat bażiċi biex jgħinuk waqt li tkun qed taħseb biex tinvolvi ruħek fi proġett ta' l-eTwinning:

Oħloq idea

 Aħseb f'idea wiesgħa għal proġett kollaborattiv Ewropew bl-użu ta' l-ICT. Jekk trid tieħu idea, l-aħjar huwa li tħares lejn il-Kits Lesti. Biex tara proġetti eżistenti, nissuġġerulek li tara l-proġetti mill-Mappa ta' l-eTwinning jew tagħti ħarsa lejn l-eżempji ta' prattika tajba fil-Gallerija tal-Proġetti.
Id-dettalji tal-proġett tiegħek ikunu żviluppati aktar tard ma' l-iskola/skejjel imsieħba, għalhekk kun żgur li żżomm kollox ġenerali għalissa!

Integra l-idea tiegħek fis-sena skolastika

 Aħseb dwar kif tkun tixtieq tintegra proġett ta' l-eTwinning fil-kurrikulu tiegħek u fil-kalendarju ta' l-iskola. Meta tkun qed tqassam ix-xogħol li trid tagħmel matul is-sena skolastika qabbad il-proġett mal-materjal li inti tkun trid tgħallem. Dan jgħinek ukoll biex tkompli tiżviluppa l-idea għall-proġett ta' l-eTwinning.

Żviluppa l-inizjattiva tiegħek

 Oħroġ bi proposta flessibbli għall-proġett. Jekk tuża l-Kits Lesti bħala referenza, kun żgur li l-proposta tiegħek tispjega l-għanijiet pedagoġiċi, l-għodod ta' l-ICT li ser jintużaw u d-dimensjoni Ewropea.

Sib il-partner

 Poġġi l-proposta tiegħek fuq il-Forum għat-Tfittixija tal-Partners u fittex partners potenzjali permezz tat-TwinFinder. Dan il-pass jista' jsir wara l-waqfa tas-sajf jekk ma jirnexxilekx tagħmlu issa. NB: Tinsiex taqra dak li skejjel oħra kitbu fit-tfittxijiet tagħhom; jista' jkun li l-partner tiegħek diġà qiegħed hemm!

Skond meta tibda u tispiċċa s-sena skolastika, jiddependi minnek kemm tipprepara matul il-waqfa tas-sajf. Żomm f'moħħok ukoll li s-sena skolastika tvarja minn pajjiż għall-ieħor, għaldaqstant kun paċenzjuż/a għaż-żmien li jgħaddi bejn meta ssib il-partner, l-iżvilupp t'attivitijiet aktar konkreti, u t-tnedija tal-proġett ma' l-istudenti tiegħek.

Għal aktar informazzjoni dwar l-eTwinning, inħeġġukhom tagħmlu kuntatt mas-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ (NSS) tagħkom direttament. B'dan il-mod, tista' tistabbilixxi kuntatt mar-rappreżentanti ta' l-eTwinning f'pajjiżek kif ukoll issir taf aktar dwar inizjattivi oħra ta' l-eTwinning (workshops, taħriġ) li jkunu qed isiru fuq bażi nazzjonali.

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 26/05/2006
Mibdul l-aħħar : 14/08/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea