Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Manwal ĠDID għall-eTwinning
Wara l-ewwel ħarġa s-sena li għaddiet, issa ħareġ It-Tagħlim bl-eTwinning: Manwal għall-Għalliema!

Jekk trid li jkollok informazzjoni dettaljata dwar xi jfisser li tkun involut/a fi proġett ta' l-eTwinning, It-Tagħlim bl-eTwinning: Manwal għall-Għalliema hija pubblikazzjoni li tgħodd għalik. Dan il-manwal huwa riżorsa mill-aqwa dwar kif tibda proġett ta' l-eTwinning u wkoll biex tagħti ħarsa lejn l-aqwa proġetti li twettqu madwar l-Ewropa fis-sena skolastika 2005-2006.

Il-Manwal joffri xi ħaġa għal kulħadd. Għal dawk li għadhom ġodda fl-eTwinning, il-Manwal iservi bħala introduzzjoni tajba għall-Azzjoni u għal kif l-iskejjel, l-għalliema u l-istudenti jistgħu jibbenefikaw mill-involviment tagħhom. Wara dan, għalliema bl-esperjenza li kienu involuti f'diversi proġetti ta' l-eTwinning jagħtu dettalji dwar kif tibda proġett. Jekk għandek bżonn ideat, il-Manwal joffri firxa wiesgħa ta' kits għall-proġetti mfassla minn konsulenti pedagoġiċi li jkunu jistgħu jintużaw jew addattati skond il-ħtiġijiet tas-sħubijiet.

Fl-aħħarnet, l-akbar taqsima tal-manwal huwa ddedikat għall-proġetti li kisbu suċċess fl-eTwinning. Hemm għażla ta' proġetti minn fost l-aqwa għas-sena skolastika 2005-2006 li jinkludu deskrizzjonijiet tal-proġetti u intervisti ma' l-għalliema li jagħtu stampa ċara ta' l-esperjenza ta' l-istudenti u ta' l-għalliema fix-xogħol tal-proġett tagħhom - minn meta bdew ifittxu partner, it-tħaddim tal-proġett, kif għelbu l-problemi u x'kienu r-riżultati.

Il-Manwal huwa disponibbli f'20 lingwa kemm stampat kif ukoll f'verżjoni elettronika. Nittamaw li tieħdu pjaċir taqrawh u ssibuh ta' użu!

It-Tagħlim bl-eTwinning: Manwal għall-Għalliema (pdf)

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 31/05/2007
Mibdul l-aħħar : 14/08/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea