Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Il-Premjijiet ta' l-eTwinning 2007: U l-Finalisti huma...
Il-Finalisti għall-aħħar fażi tal-Premjijiet Ewropej ġew magħżula!

Kien diffiċli ħafna li jintagħżlu l-finalisti minn fost 320 proġett ta' kwalità għolja ħafna li ddaħħlu għall-kompetizzjoni. Għaldaqstant nixtiequ għal darb'oħra nroddu ħajr lil dawk kollha li daħlu għall-kompetizzjoni u nifirħulhom għax-xogħol mill-aqwa li qed iwettqu. Ir-rebbieħa u runners-up ser ikunu mħabbra matul iċ-ċerimonja ta' l-għoti tal-premjijiet fil-Konferenza Annwali ta' l-eTwinning fir-23 ta' Frar fi Brussell.

It-tliet proġetti rebbieħa ser jirbħu l-parteċipazzjoni f'kamp ta' l-ICT t'erbat ijiem li ser isir lejn l-aħħar t'April (il-post ikun imħabbar aktar tard) ir-runners-up ser ikunu mistiedna jipparteċipaw f'wieħed mill-Workshops għall-Iżvilupp Professjonali li jsiru madwar l-Ewropa sa Ġunju 2007.

Imma ma nżommukomx aktar, il-finalisti huma:

Kategorija 1: Etajiet 4-12

Proġett Imsieħba

Once Upon a Blog
L-istudenti jiskambjaw miti u leġġendi mill-pajjiżi gżejjer tagħhom u jitgħallmu dwar il-ħajja u l-attitudnijiet ta' xulxin permezz ta' blogs u podcasts.

  • Malta: St. Joseph, Mater Boni Consilii School (għalliema: Jacqueline Vanhear)
  • Irlanda: Saint Attracta’s Senior National School (għalliema: Joseph Molloy)

Gingerbread House
L-istudenti jibdlu l-iskola tagħhom f'waħda tas-sħarijiet. Id-dinjiet tas-sħarijiet tagħhom jiġu preentati permezz tat-tpinġija u mbagħad jinqalbu għal format awdjo-viżiv diġitali.

  • Slovakkja: Základná škola Omšenie (għalliema: Denysa Križanova)
  • Repubblika Ċeka: Základní škola a mateřská škola Sivice (għalliem: Pavel Vrtěl)

Kategorija 2: Etajiet 13-15

Proġett Imsieħba

Eurofilm Factory
L-istudenti żviluppaw gwida b'suġġerimenti għall-produzzjoni tal-films u jużawha biex jagħmlu l-films tagħhom u biex jiktbu l-analiżi tagħhom.

  • Spanja: IES Carlos III (għalliema: Libia Kowarik)
  • Litwanja: Prienai “Ziburys” gymnasium (għalliema: Irma Sneideriene)

24 pas - 24 βήματα
Billi jaqsmu l-alfabett Grieg antik fi tnejn, kull klassi tħejji 24 kelma biex il-klassi msieħba titraduċihom u tużahom bħala bażi għad-diskussjoni dwar l-istorja tal-Grieg u tal-Latin.

  • Franza: Collège Michel de L’hospital (għalliema : Véronique Drujon)
  • Greċja: Eniaio Lykeio Asklipieiou (għalliema: Constantin Rasias)

Kategorija 3: Etajiet 16-19

Proġett Imsieħba

Wir, die Jugendlichen von heute
L-istudenti jsiru jafu 'l xulxin permezz ta' djarju online u jipproduċu artikli, poeżiji, stejjer qosra u esejs kritiċi biex iqabblu ħajjithom ma' dik ta' l-imsieħba tagħhom.

  • Italja: Liceo Internazionale Linguistico (għalliema: Loredana Vertuani)
  • Finlandja: Puumalan yhteislukio (għalliema: Kirsti Lähdesmäki)

Young people’s search for personal identity
Permezz ta' l-użu ta' diversi għodod ta' l-ICT, studenti adoloxxenti jfittxu l-identità tagħhom minn perspettiva psikoloġika u anki kulturali filwaqt li jkunu qed isiru adulti żgħar.

  • Polonja: I LO im T Kosciuszki w Mysłowicach (għalliema: Ewa Groszek)
  • Italja: ITIS "A. Monaco" Cosenza (għalliema: Paola Lico)

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 31/01/2007
Mibdul l-aħħar : 22/06/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea