 |
Il-Label Ewropea ta' Kwalità: Ir-Raba Sett ta' Skejjel Premjati |
 |
Il-Label Ewropa ta' Kwalità ġiet imnedija fl-2006 biex tagħti għarfien akbar lill-proġetti ta' l-eTwinning minn madwar l-Ewropa. Ir-Raba sett ta' skejjel issa huwa finalizzat u l-iskejjel ser jirċievu l-Labels tagħhom dalwaqt. |
 |
Skejjel Rebbieħa – July 2008
L-eTwinning joffri opportunità unika lill-iskejjel biex mhux biss jipparteċipaw fi proġetti kollaborattivi f'qafas t'appoġġ sofistikat u b'numru t'għodod online, iżda fl-istess ħin ikomplu jiżviluppaw professjonalment u jirċievu għarfien għall-kwalità tax-xogħol tagħhom.
Is-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ (NSS) ta' kull pajjiż jevalwa l-proġetti u jagħti l-Label Nazzjonali t'Kwalità lil dawk l-iskejjel li jilħqu l-kriterji stabbiliti. Meta mill-anqas żewġ skejjel minn proġett ikunu kisbu din il-Label Nazzjonali mill-NSSs ripettivi tagħhom, jirċievu wkoll il-Label Ewropea ta' Kwalià mis-Servizz Ċentrali t'Appoġġ (CSS) li huwwa bbażat fi Brussell.
Din il-Label unika turi li x-xogħol ta' l-għalliema ta' l-istudenti u ta' l-iskola kiseb l-għarfien fl-ogħla livell Ewropew. Dawn l-għalliema u l-proġetti tagħhom isiru eżempji għall-oħrajn u juri dak li huwa possibli li jinkiseb fi ħdan l-Azzjoni ta' l-eTwinning.
Mogħtija darbtejn fis-sena, ir-raba sett ta' skejjel li kisbu l-Label Ewropea ta' Kwalità ser jirċevuha matul ix-xahar li ġej. Il-Label Ewropea ta' l-eTwinning ingħatat lil 354 skejjel f'dan is-sett.
 |
Editur tal-Web: |
Christina Crawley |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
03/07/2008 |
 |
 |
 |
|