 |
Dwar il-Ġimgħat ta' l-eTwinning |
 |
Il-“Ġimgħat ta' l-eTwinning” mill-25 ta' Settembru sa' l-15 t'Ottubru kienu suċċess kbir b'aktar minn 4000 żjara fil-websajt ta' kuljum, kienu rreġistrati 1617 skola ġdida u nbdew 242 sħubija bi premjijiet mirbuħa minn bosta! |
 |
Matul it-tlett ġimgħat, kull reġsitrazzjoni ta' proġett ġdid iddaħħlet fil-Kompetizzjoni għall-Ideat li l-premju tagħha kienet il-parteċipazzjoni f'wieħed mill-Workshops għall-Iżvilupp Professjonali ta' din is-sena. Dalwaqt tkunu tafu min rebaħ!
Il-proġetti kollha approvati matul dan iż-żmien idaħħlu fil-Lotterija tal-Proġetti, u ta' kull ġimgħa, sħubija minnhom rebħet MP3 player għall-klassi tagħhom.
Ir-rebbieħa ta' din il-ġimgħa ta' dan l-mp3 player huwa:
- Brigitte Vaudoric minn Lycée Geneviève de Gaulle Anthonioz, France;
Marina Marino minn Liceo Scientifico Statale "Francesco Cecioni",Italy; għall-proġett "Planete @dos"
Nawgurawlkom u nixtiqulkom l-isbaħ xewqat għall-proġett ġdid tagħkom!
Biex ninvolvu lill-eTwinners bl-esperjenza, nedejna il-Blog għall-Għalliema għal matul il-Ġimgħat ta' l-eTwinning. Dan kien apprezzat ħafna kemm minn eTwinners t'esperjenza kif ukoll minn dawk ġodda. Fl-aħħar, ngħidu wkoll li l-eCard ta' l-eTwinning kienet ta' suċċess kbir u ntbagħtet minn mijiet ta' persuni.
Fuq livell nazzjonali, l-għalliema ipparteċipaw f'attivitajiet bħal m'huma workshops, konferenzi u kompetizzjonijiet organizzati mill-NSS tagħhom.
 |
Editur tal-Web: |
Christina Crawley |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
24/08/2007 |
 |
 |
 |
|