Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Aqsam il-Fehmiet Tiegħek dwar l-Twinning
Għina nagħrfu aħjar dak li l-eTwinning qed jagħmel għalik billi timla l-kwestjonarju ta' l-istħarriġ dwar l-eTwinning

Kemm jekk involvejt ruħek fl-eTwinning sa mill-bidu tiegħu, jew jekk għadek ser tibda, nixtiequ l-fehma tiegħek! Biex niksbu stampa ċara ta' kif qed jitħaddem l-eTwinning fl-iskejjel Ewropej, ħejjejna stħarriġ fuq l-internet biex insiru nafu aktar dwar l-effett ta' l-eTwinning fuq l-istudenti, l-għalliema, l-iskejjel u l-komunitajiet. Dan l-istħarriġ huwa żviluppat bħala parti minn evalwazzjoni indipendenti aktar wiesgħa ikkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea. ECOTEC hija responsabbli għall-evalwazzjoni indipendenti ta' l-eLearning, Socrates II u Leonardo da Vinci II.

Billi l-eTwinning issa ilu għaddej għal tliet snin, il-fehmiet tagħkom huma importanti biex naraw f'liema direzzjoni għandha tmur din l-Azzjoni. L-eTwinning qiegħed dejjem jikber u aktar skejjel minn madwar l-Ewropa kollha qegħdin jissieħbu kuljum.

X'taħseb dwar il-portal, issibu faċli biex tużah? Kif marret it-tfittxija għall-imsieħba? Il-proġett tiegħek sejjer kif pjanat? Billi tiddedika ftit mill-ħin tiegħek biex twieġeb dan il-kwestjonarju tkun qed tagħti kontribut dirett għall-futur ta' l-eTwinning fl-Ewropa.

Ir-regoli tal-kunfidenzjalità ta' l-ECOTEC huma sempliċi: ECOTEC mhux ser tagħti d-dettalji tiegħek lil ħaddieħor. Ir-risposti kollha ta' l-istħarriġ jibqgħu kunfidenzjali u jintużaw biss bħala parti minn riżultat totali.

Tista' timla l-kwestjonarju bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol jew bil-Pollakk.

Jekk tiltaqa' ma' xi problemi biex timla' l-kwestjonarju jew tkun trid aktar informazzjoni ikkuntattja lil ECOTEC : elearning@ecotec.com

Aqsam il-fehmiet u l-ideat tiegħek dwar l-eTwinning u agħmel id-differenza. Nirringrazzjawk bil-quddiem!

Imla l-kwestjonarju ISSA!

Tgħallem aktar dwar l-ECOTEC: http://www.ecotec.com

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 21/03/2007
Mibdul l-aħħar : 05/07/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea