 |
Kamp ta' l-eTwinning 2007: Suċċess Kbir! |
 |
Ir-rebbieħa tal-Premjijiet ta' l-eTwinning iltaqgħu flimkien fi Sqallija bejn il-25 u d-29 t'April fejn iltaqgħu ma' l-imseħbin tagħhomm għamlu ħbieb ġodda u tgħallmu dwar l-ICT taħt ix-xemx tiżreġ! |
 |
Klassijiet mir-Repubblika Ċeka, s-Slovakkja, l-Litwanja, Spanja, l-Polonja u l-Italja marru Città del Mare fi Sqallija, l-Italja biex jieħdu sehem fit-tieni kamp annwali ta' l-eTwinning wara li rebħu l-Premjijiet ta' l-eTwinning 2007 aktar kmieni din is-sena.
Fuq il-firxa ta' tlitt ijiem sħaħ, l-istudenti u l-għalliema ipparteċipaw f'diversi workshops biex jitgħallmu kif jużaw l-għodod il-ġodda u jiddiskutu aspetti importanti relatati ma' l-edukazzjoni u l-ICT, iċ-ċittadinanza Ewropea u s-sigurtà fuq l-internet.
L-istudenti żiedu mal-ħiliet ta' l-ICT tagħhom billi tgħallmu kif jagħmlu anmazzjonijiet bil-plastisin, joħolqu kartuns diġitali u podkasts. Barra minn dan, permezz tat-tema "Niċċelebraw l-Ewropa Permezz ta' l-eTwinning" ipparteċpaw f'reċtar ta' rwoli u ħolqu produzzjonijiet dwar is-sigurtà fuq l-internet. Filwaqt li l-istudenti kinu qed jaħdmu, l-għalliema wkoll ipparteċipaw f'workshops imħejjija għalihom dwar il-kommunikazzjoni interkulturali, l-edukazzjoni tal-medja u s-sigurtà fuq l-internet.
Meta ma kinux fil-workshops, l-istudenti u l-għalliema qasmu aspetti tal-kultura tagħhom permezz tal-kant, żfin, drama u l-ikel. Kellhom ukoll ħin biex jistrieħu u jesploraw Città del Mare u jmorru fuq ħarġa sa Palermo.
Fuq kollox, kulħadd ħa pjaċir u laqa' l-opportunità li jiltaqa' ma' l-imsieħba tagħhom. Kellhom esperjenza ta' skola internazzjonali f'post sħun u xemxi.
Biex tara u taqra aktar dwar il-Kamp, agħti ħarsa lejn il-Blog tal-Kamp ta' l-eTwinning!
 |
Editur tal-Web: |
Christina Crawley |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
22/06/2007 |
 |
 |
 |
|