Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna

Suċċess għall-Konferenza ta' l-eTwinning 2008
Bejn l-14 u s-16 ta' Marzu, aktar minn 400 parteċipant iltaqgħu ġewwa Bukarest, fir-Rumanija biex jiċċelebraw is-suċċess u jiddiskutu l-eTwinning fl-Ewropa.

Il-Konferenza ta' l-eTwinning 2008 dwar "Nippromwovu d-Djalogu Interkulturali" kien opportunità għall-għalliema, għall-dawk li jfasslu l-politika u għas-servizz ċentrali u dawk nazzjonali biex jiltaqgħu u jiddiskutu s-suċċessi u l-futur ta' l-eTwinning fl-Ewropa.

L-attivitajiet kollha tat-tlitt ijiem tal-konferenza huma dokumentati
fil-BLOG TAL-KONFERENZA. Nirringrazzjaw ħafna lil dawk li taw kontribut!

Commissioner Jan Figel' L-ewwel ġurnata tal-konferenza nbdiet b'diskors minn Jan Figel’, Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-edukazzjoni, taħriġ, kultura u żgħażagħ. Il-Kummissarju Figel' - li ilu ħafna jissapportja l-eTwinning u li attenda l-erba' konferenzi ta' l-eTwinning - tkellem dwar il-qawwa ta' l-eTwinning bħala forza li tgħaqqad lill-għalliema fl-Ewropa f'għan komuni, dak li jaħdmu flimkien u jikkollaboraw ma' l-istudenti tagħhom. Huwa qali li "barra minn dak li jistgħu jitgħallmu minn xulxin l-istudenti, naħseb li l-aktar ħaġa importanti li jagħtihom l-eTwinning huwa sens ta' kurżità dwar nies oħrajn u li jwessgħu l-orizzonti tagħhom. Jista' jkun li d-dispożizzjoni għal dawn hija t-tifsira ta' l-Ewropa magħquda"

Wara d-diskors tal-ftuħ, Cristian Mihai Adominitei, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Riċerka u Żgħażagħ Rumen, ta merħba lid-delegati ġewwa Bukarest u ta ħarsa lejn l-importanza ta' l-eTwinning għall-iskejjel Rumeni minn meta ingħaqdu fih f'Settembru ta' l-2007. Huwa tkellem dwar kemm l-eTwinning jidħol tajjeb fl-għanijiet edukattivi fir-Rumanija u fit-titjib ta' l-integrazzjoni ta' l-edukazzjoni f'kuntest Ewropew u internazzjonali.

Doris Pack MEP indirizzat il-konferenza u saħqet fuq l-importanza ta' l-eTwinning għat-tagħlim matul il-ħajja. Brian Holmes, from the Education and Culture Executive Agency, and part of the eTwinning Steering Committee, then made an interesting presentation on the impact of eTwinning in schools, and future plans for how it might evolve.

 Minister Cristian Mihai Adominitei></TD></TR></TBODY></TABLE></P>
<P>
<TABLE cellSpacing=0 cellPadding=0 width=

Professor Sugata Mitra

L-indirizz tal-Professur Sugata Mitra, li huwa magħruf sewwa madwar id-dinja għall-esperimenti u r-riċerka dwar "Hole in the Wall" kien il-qofol ta' l-ewwel sessjoni plenarja. Il-Professur Mitra ta preżentazzjoni tassew movimentata dwar kif it-tfal f'partijiet remoti ta' l-Indja jitgħallmu billi jgħallmu lilhom infushom u lil ta' madwarhom.
Il-qofol finali ta' l-ewwel ġurnata, imbagħad, kienet iċ-Ċerimonja ta' l-Għoti tal-Premjijiet ta' l-eTwinning li fiha r-rebbieħa u r-runners up tal-premjijiet għall-2008 kienu mħabbra permezz ta' preżentazzjoni multimedjali impressjonanti. Nifirħu għal darb'oħra lil finalisti kollha!

Għal dettalji oħrajn dwar il-bqija tal-konferenza - inkluż ritratti u informazzjoni dettaljata dwar il-workshops tas-Sibt, il-wirjiet u s-sessjoni ta' l-għeluq tal-Ħadd - mur fil-blog tal-konferenza.

Fl-aħħar nixtiequ nirringrazzjaw lill-parteċipanti kollha għall-entużjażmu, l-paċenzja u l-kontribut li taw matul it-tlett ijiem. l-eTwinning huwa suċċess kbir grazzi għall-interess u d-dedikazzjoni ta' nies bħalkom!

eTwinning Prizes Winners

 

 

 

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 19/03/2008
Mibdul l-aħħar : 11/04/2008
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Kummissjoni Ewropea