Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna

Kamp ta' l-eTwinning: Tlaqna lejn il-Portugall!
Bejn is-7 u l-11 ta' Mejju, r-rebbieħa tal-Premjijiet ta' l-eTwinning 2008 ser iżuru Vimeiro fil-Portugall għall-Kampl ta' l-eTwinning 2008

Nhar l-14 ta' Marzu 2008 f'Bucharest, l-għalliema u l-istudenti fl-aqwa proġetti ta' l-eTwinning fl-Ewropa, rebħu premju li bih ser ikollhom l-opportunita li jqattgħu erbat ijiem fil-belt xemxija ta' Vimeiro fejn jistgħu jiltaqgħu ma' l-imsieħba tal-proġetti tagħhom wiċċ imb'wiċċ u jitgħallmu dwar għodod ta' l-ICT.

IL-Workshops
Studenti u għalliema jitgħallmu dwar metodi divertenti u faċli biex joħolqu animazzjonijiet, jirrekordjaw podcasts u jieditjaw filmati. Barra minn dan, il-parteċipanti jiskopru aktar dwar id-djalogu interkulturali f'sessjoni  interattiva divertenti.

Attivitajiet Kulturali
Billi Vimeiro tinsab bis ftit 'il barra minn Lisbona, l-parteċipanti ser jittieħdu fil-kapitali għal ħarġa ta' ġurnata li tinkludi żjara fil-mużew interattiv tax-xjenza Ciência Viva għall-istuenti l-kbar filwaqt li ż-żgħar ser iżuru l-Oceanarium.

Il-Blog tal-Kamp
Barra mill-workshops u l-ħarġiet, hemm ħafna ttivitajiet oħra pjanati! Kunu żguri li ssegwu l-progress tal-kamp waqt li l-istudenti, l-għalliema u l-organizzaturi jiktbu dwar l-attivitajiet ta' kuljum fuq il-Blog tal-Kamp ta' l-eTwinning.

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 29/04/2008
Mibdul l-aħħar : 07/05/2008
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Kummissjoni Ewropea