 |
E-Español: It-Tagħlim tal-Lingwi u l-Podcasting |
 |
E-Español huwa portal għall-iskejjel li jikkonċentra fuq it-tagħlim ta' l-iSpanjol permezz tal-podcasting. Il-portal kien żviluppat Mill-Conseil général des Pyrénées-Atlantique fi Franza |
 |
Il-Portal E-Español
ġie maħluq din is-sena skolastika fir-reġjun tal-Pyrenees fuq
l-Atlantiku ta' Franza. Fil-kuntest ta' websajts oħra li huma popolari
fost iż-żgħażagħ, l-għan ta' E-Español huwa li jipprovdi
studenti b'mezz divertenti online biex jipprattikaw il-lingwa.
Għaldaqstant, permezz ta' l-użu tal-podcasting, l-istudenti jistgħu
joħolqu u jirrekordjaw awdjo u jippubblikawh online.
Billi r-reġjun tal-Pyrenees Atlantiku huwa viċin il-fruntiera
ma'
Spanja, dan il-proġett ġie b'mod naturali għall-iskejjel tar-reġjun.
Il-portal jippermetti lill-istudenti biex jikkomunikaw flimkien, mhux
biss ma' skejjel oħra fil kuntest ta' l-eTwinning, imma wkoll ma'
skejjel minn madwar id-dinja billi l-portal huwa miftuħ għal kulħadd.
Antoine Bidegain, mill-Conseil
général des Pyrénées-Atlantique,
jispjega kif ir-rwol tal-portal jinqasam fi tlieta:
- li jservi bħala għodda biex nimmotival lill-istudenti
jitkellmu bl-Ispanjol
- jforni portfolio online fejn l-istudenti jaqsmu x-xogħol
ma' oħrajn barranin
- jippromwovi u jesebixxu xogħol fuq proġetti tajjeb
Il-portal jitħaddem permezz ta' magna għall-blogs bla ħlas
(Dotclear
2.0) li ġet mibdula biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' l-iskejjel.
Il-Podcasting u l-eTwinning?
Il-Podcasting hija għodda eċċellenti għal xogħol fuq proġetti
ta'
l-eTwinning. Kemm biex ikun prattikat it-tagħlim tal-lingwi jew biex
tikkomunika għal xi suppett ieħor, dain hija għodda tajba ħafna u faċli
biex tużaha. L-istudenti ta' kull età jieħdu pjaċir jużawha.
Kif tibda:
1. Tagħmir.
Agħti ħarsa lejn it-tagħmir li jkollok bżonn biex toħloq podcast:
- Komputer normali PC jew Mac
- Mikrofonu: kwalinkwe mikrofonu
bast mhux dawk tat-tip built-in
- Softwer għar-rekordjar:
nirrakkomandaw Audacity li huwa b'xejn u ssibu
għall-PC u l-Mac kif ukoll GarageBand
għall-Mac.
- Blog: Wieħed li jissapportja
l-podcasts bħall-WordPress, Blogger
jew TypePad.
2. Tħejjija.
Installa s-softwer u tkun lest biex tirrekordja. Qabel tirrekordja,
żviluppa idea ċara ta' dak li trid tagħmel bil-podcast. Xi trid tgħid?
Min hi l-udjenza tiegħek?
TIP: Tagħmilx ir-rekordings twal iżżejjed. 15 sa 20
minuta għandhom ikunu biżżejjed.
3. Ippubblikar.
Wara r-rekording, issejvja l-fajl f-format mp3 (dan huwa l-aktar komuni
għall-podcasts) u ippubblikah fuq il-blog.
TIP: La darba tkunm għamilt l-ewwel podcast, ibqa'
ippubblika -
il-podcasts m'humiex avvenimenti ta' darba. Idealment għandek
tippubblika wieħed kull ġimgħa jew għallinqas kul ġimgħatejn jew tlieta.
La darba l-podcast ikun ippubblikat fuq il-blog, l-istudenti
jistgħu
jisimgħu il-podcasts, jibgħatu kummenti u jiddikutu r-riżultati
flimkien.
Tgħallem aktar dwar il-podcasting:
Sib eżempji tal-podcasting fl-edukazzjoni:
 |
Editur tal-Web: |
Christina Crawley |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
13/05/2008 |
 |
 |
 |
|