 |
Konferenza ta' l-eTwinning 2007 |
 |
Parteċipanti minn madwar l-Ewropa kollha ser jiltaqgħu flimkien fi Brussel bejn it-23 u l-25 ta' Frar biex jiddiskutu dwar il-futur ta' l-eTwinning u fejn ser isir l-għoti tal-premjijiet lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni Ewropea ta' din is-sena. |
 |
Wara s-suċċess tal-Konferenza ta' l-eTwinning ta' l-2006 ġewwa Linz, l-Awstrija, il-"Konferenza ta' l-eTwinning 2007: L-eTwinning, il-Passat il-Present u l-Futur" li ser issir fi Brussel fil-Belġju u ser tkun importanti għax ser tkompli turi s-suċċess ta' din l-azzjoni. L-indirizz tal-ftuħ ser ikun magħmul minn Ján Figel, Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-edukazzjoni, t-taħriġ, kultura u żgħaagħ.
Sitt rebbieħa (tliet rebbieħa u tlieta fit-tieni post) ser ikunu ntgħażlu minn kważi 350 applikazzjoni għall-Premjijiet ta' l-eTwinning 2007, u ser jirċievu l-premju tagħhom dakinhar. L-ewwel premju ser ikun il-parteċipazzjoni f'kamp ta' l-ICT t' erbat ijiem lejn l-aħħar t'April (il-post għadu jrid ikun ikkonfermat) fejn l-għalliema u l-istudenti rebbieħa ikunu jistgħu jiltaqgħu u jaħdmu flimkien wiċċ imb'wiċċ u jkomplu jitgħallmu dwar proġetti kollaborattivi online. Dawk li jiġu fit-tieni post ser ikunu mistiedna jipparteċipaw f'wieħed mill-workshops għall-iżvilupp professjonali li ser ikunu qed isiru sa Ġunju 2007.
Barra minn dan, waqt il-konferenza ser ikun hemm diversi sessjonijiet ta' taħriġ u ta' laqgħat fejn il-parteċipanti jkunu jistgħu jiddiskutu l-passat, il-present u l-futur ta' l-eTwinning fl-Ewropa; jitgħallmu aktar dwar l-għodod ta' l-eTwinning; isiru jafu aktar dwar dak li qed isir fuq livell Ewropew u nazzjonali; u jaqsmu l-ideat dwar kif jista' jissokta l-iżvilupp ta' l-Azzjoni.
Il-konferenza mistennija tiġbor madwar 450 parteċipant u ser issir fil-lukanda Crowne Plaza ta' Brussel.
 |
Editur tal-Web: |
Christina Crawley |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
24/08/2007 |
 |
 |
 |
|