 |
Djarju elettroniku għat-tagħlim tal-lingwi barranin |
 |
Għalliema ta’ kwalinkwe lingwa barranija u l-istudenti tagħhom minn mill-inqas żewġ pajjiżi differenti, jaħdmu flimkien u joħolqu djarju elettroniku (djarju online komuni, gazzetta, jew magażin).
|
 |
Valur pedagoġiku: L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jinkoraġixxi t-tagħlim tal-lingwi u d-djalogu interkulturali. L-isudenti għandhom jitgħallmu kif jiktbu b’mod kollaborattiv kemm ma’ sħabhom tal-klassi kif ukoll ma’ dawk f’pajjiż ieħor u jippubblikaw dawn l-artikli online.
Firxa ta’ etajiet: 10 - 19
Tul tal-proġett: minn xahar sa sena skolastika jew aktar
Għodod: Kwalinkwe għodda għall-ippubblikar: bħat-TwinSpace (websajts, folders u fajls) jew Comp@ct e-journal (għadda għall-ħolqien ta’ magażins online għall-iskejjel); word processing, email, cameras diġitali u l-Internet.
Suġġet/i: Lingwi barranin, Lingwa u Litteratura, Ewropa, Storja/Tradizzjonijiet, Ġografija, Informatika/ICT.
Għanijiet pedagoġiċi:
- l-iżvilupp tal-ħiliet tal-qari u tal-kitba b’lingwa barranija;
- l-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ kitba kollaborattiva u ta’ proof reading;
- l-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ ħsieb kritiku fit-tiftix, l-għażla u l-organizzazzjoni ta’ informazzjoni relevanti fuq suġġet magħżul;
- il-kitba ta’ tipi differenti ta’ artikli (intervisti, aħbarijiet, rappurtaġġ, rappurtaġġ bir-ritratti, reklamar, stħarriġ, esej, evakwazzjoni, stqarrija, …);
- biex jiffamiljarizzaw ruħhom max-xogħol ta’ ġurnalista; id-drittijiet u d-dmirijiet tal-ġurnalisti, ir-rispett għad-drittijiet ta’ l-awtur;
- biex jitgħallmu jiktbu għall-web u r-regoli tad-disinn grafiku;
- jieħdu ritratti diġitali u jużawhom fl-artikli;
- jużaw għodod kollaborattivi ta’ l-ICT għall-ippublikar, l-editjar, l-ikkumentar u l-evalwar ta’ artikli;
- biex jikkomunikaw b’mod effettiv ma sħabhom tal-klassi u dawk f’pajjiżi oħrajn;
- biex jiżviluppaw il-ħiliet interkulturali tagħhom.
Il-Proċess 1. Il-Bidu:
A. Checklist għall-għalliema
- ftehim fuq l-eta’ u l-livell tal-lingwa barranija ta’ l-istudenti;
- ipprova qabbad iż-żewġ suġġetti u t-tip ta’ artikli mal-kurrikula tal-lingwi barranin fiż-żewġ skejjel;
- ftehim fuq iż-żmien u l-għodod ta’ l-ICT li ser jintużaw fil-proġett;
- jaqsmu l-ideat dwar kif tgħallem lingwa barranija permezz tal-kitba u l-qari kollaborattivi;
- jissuġġerixxu attivitajiet u taħriġ li jippermettu lill-istudenti tagħhom jiktbu artikli b’lingwa barranija (xi attivitajiet jistgħu jinstabu dil-links t’hawn taht);
- Skond l-età u l-maturità ta’ l-istudenti, l-għalliema jiddeċiedu kemm jingħataw libertà fil-proċess tal-ħolqien tad-djarju elettroniku u kemm se jkun kumpless;
- Jiddeċiedu dwar metodi ta’ kollaborazzjoni:
- l-istudenti jiktbu artikli dwar l-iskola tgħhom stess u ladarba dawn ikunu ippublikati online, jaqdmuhom u jiddiskutuhom ma’ sħabhom minn barra;
- jaħdmu fuq l-artiklu ma’ sħabhom il-barranin mill-bidu;
- jaħdmu individwalment, tnejn tnejn, jew fi gruppi li jkunu monoligwi mill-istess skola inkella multilingwali ġewwa s-sħubija.
- Studenti żgħar jiksbu għajnuna minn dawk akbar mill-sikola tagħhom.
- Jitgħallmu jużaw għodod għall-ippublikar bħal m’huma t-TwinSpace jew il-Comp@ct e-journal, li jinstab http://ejournal.eduprojects.net/index.php?output=FrontPage, u għodod oħra ta’ l-ICT meħtieġa għall-proġett (word processing, email, użu ta’ kamera diġitali, u l-Internet);
- Jippjanaw il-linji gwida u l-attivitajiet prattiċi fuq l-użu tas-softwer ta’ l-e-journal għall-istudenti tagħhom;
- Jispegaw il-metodu li se jaħdmu bih u l-għan tal-proġett għall-istudenti tagħhom. Huwa kruċjali li l-istudenti jkunu involuti kemm jista’ jkun.
B. Checklist għall-istudenti
- Kun familjari ma’ l-għodod ta’ l-ICT li ser jintużaw għall-proġett;
- Organizza ruħek biex tiġbor l-informazzjoni u għall-proċess ta’ kitba kollaborattiva. Se jaħdmu ma’ sħabhom tal-klassi jew ma’ dawk barranin. Bl-għajnuna ta’ l-għalliema, jiddeċiedu min ser ikun responsabbli għal liema biċċa xogħol (il-ġbir ta’ l-informazzjoni, il-kitba tal-bidu, it-teħid tar-ritratti, il-qari aħħari, eċċ.)
- Jiddeċiedu fuq it-taqsimiet tad-djarju elettroniku u jaqblu magħhom ma’ sħabhom tal-klassi u ta’ l-iskola l-oħra (eż. L-Iskola Tagħna, Il-Ħajja ta’ Kuljum f’Pajjiżi, Problemi Soċjali f’Pajjiżi, Sports, eċċ.);
- Jagħżlu suġġetti relevanti għall-artikli tagħhom flimkien ma’ sħabhom.Is-suġġetti jvarjaw minn dawk ġenerali (il-kultura, kostumi, il-ħajja ta’ kuljum, tradizzjonijiet, vaganzi, eċċ) għall-istudenti ż-żgħar jew għal dawk li għadhom jibdew jitgħallmu lingwa barranija – suġġetti ta’ sfida akbar (bħall-politika, l-ħajja soċjali, il-kultura, l-arti, eċċ) jkunu tajbin għal studenti akbar u b’ħiliet lingwistiċi aktar avvanzati.
- Agħżel xeħta ġurnalistika skond is-suġġett u l-kapaċitajiet tagħhom (intervistà, rappurtaġġ t’aħbarijiet, rappurtaġġ bir-ritratti, stħarriġ, esej, evalwazzjoni, stqarrija, …);
- Ikseb ħiliet lingwistiċi meħtieġa għall-biċċa xogħol: permezz ta’ qari u ħidma fuq artikli simili miktuba minn ġurnalisti professjonali, studju ta’ vokabularju relatat mas-suġġett, eċċ.
2. Il-ġbir u t-tħejjija ta’ l-informazzjoni:
- L-istudenti jsibu, jagħżlu, u jorganizzaw il-materjal dwar is-suġġett magħzul (permezz ta’ l-Internet u/jew il-librerija);
- Joħorġu bl-ideat u jippreparaw l-ewwel kitbiet ta’ l-artiklu, b’mod li jirrispetta il-metodu ġurnalistiku li għażlu;
- Jiddeċiedu fuq it-tqassim ta’ l-artiklu u fuq l-istampi li jillustraw l-ideat espressi fil-kitba;
- L-għalliema jsegwu x-xogħol ta’ l-istudenti, jigwidawhom fil-proċess u jgħinuhom fl-isfidi tal-kitba kollaborattiva b’lingwa barranija.
3. L-ippubblikar ta’ l-artikli:
- Waqt il-kitba ta’ l-aħħar verżjoni ta’ l-artiklu, l-istudenti jieħdu iqisu l-kummenti tal-membri l-oħra tat-tim dwar il-kwalità tal-lingwa, il-kontenut, it-tqassim u l-istampi;
- Jikkwotaw is-sorsi ta’ l-informazzjoni mogħtija fl-artiklu;
- L-istudenti jtellgħu l-artiklu fuq it-TwinSpace jew fuq il-Comp@ct e-journal;
- Fl-aħħar nett l-għalliema, bħala l-amministraturi, jagħmlu dawn l-artikli pubbliċi;
4. Nitgħallmu minn xulxin u ma’ xulxin:
- L-istudenti jaqraw l-artikli ta’ xulxin;
- Jgħaddu kummenti, u jekk ikunu qed jaħdmu fil-Comp@ct, jevalwawhom. Jikkunsidraw il-kwalità tal-lingwa, il-kontenut, it-tqassim u r-relevanza ta’ l-istampi;
- L-artikli jkunu miġbura flimkien f-forma ta-djarju online, jekk l-għodda li tkun qed tintuża tippermetti dan. Huma jiddeċiedu u jaqblu fuq id-disinn tad-djarju (il-logo u l-qoxra). Jorganizzaw l-artikli disponibbli fit-taqsimiet li kienu qablu dwarhom fil-bidu;
- Jippruvaw isibu fatturi komuni u differenzi fil-perċezzjoni tas-suġġett magħżul fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.
Riżultat/i:
- L-artikli bil-lingwa barranija ippubblikati online;
- Djarju elettroniku, bi struttura organizzata b’artikli miktuba mit-timijiet kollha involuti.
Għażliet supplimentari:
- L-istudenti jistgħu jiddeċiedu li joħolqu verżjoni stampata ta’ dan il-magażin. Jitgħallmu dwar id-differenzi bejn magażins online u dawk stampati;
- Jistgħu joħolqu qoxra ta’ veru għall-magażin tagħhom b’softwer li jinstab mingħajr ħlas hawn http://flagrantdisregard.com/flickr/magazine.php
- Jistgħu jittraduċu l-aktar artikli interessanti fil-lingwa tagħhom, jippublikawhom fil-websajt ta' l-iskola jew jistampawhom u jqassmuhom fl-iskola u/jew fil-komunità lokali.
Links utli:
Eżempji: http://ejournal.eduprojects.net/Bridges/ (bl-Ingliż) – eżempju ta’ djarju online bl-Ingliż maħluq bil-Comp@ct, fil-qafas ta’ l-eTwinning, minn studenti Sleveni u Portugiżi. http://ejournal.eduprojects.net/index.php?output=FrontPage() (bl-Ingliż) – hawn fil websajt tal-Comp@ct, issib iktar eżempji ta’ djarji online maħluqa minn skejjel minn madwar l-Ewropa, u għodda għall-ħolqien u l-ippubblikar ta’ djarji online għall-iskejjel. http://www.lehrer-online.de/dyn/9.asp?path=/emag (bil-Ġermaniż) - gwida pedagoġika imsejsa fuq eżempju ta' djarju online bil-Ġermaniż, bis-Slovakk u bl-Ingliż, li sar fil-qafas ta' l-eTwinning minn skola Ġermaniża u oħra Slovakka. Worksheets u pariri: http://www.onestopenglish.com/Culture/lessons-English-teaching/elt_esl_lessons.htm (bl-Ingliż) - attivitajiet għall-lezzjonijiet ta’ l-EFL (livell medju u avvanzat) ibbażat fuq l–artikli ippublikati fuq The Guardian Weekly. http://www.francparler.org/fiches/presse_sommaire.htm (bil-Franċiż) - gwida pedagoġika dwar l-użu ta’ l-istampa fil-klassi, il-kitba ta’ l-artikli, il-ħolqien ta’ magażins fil-lezzjonijiet tal-Franċiż bħala lingwa barranija. Tista’ tkun sors ta’ ispirazzjoni għal kwalinkwe lingwa oħra. http://www.cafebabel.com/en/default.asp (in en, fr, de, es, it, ca) – magażin Erwopew fuq il-web ibbażat fuq il-prinċipji ta’ ġurnaliżmu parteċipatorju. Studenti Universitarji minn madwar l-Ewropa jikkontribwixxu fih. Hawn tista’ ssib pariri dwar kif tikteb fuq magażin tal-web Ewropew. Proġetti simili: http://www.omarlecheri.net/index.htm (bil-Franċiż) - websajt imħaddma mill-assoċjazzjoni Franċiża Omar le Cheri, bl-appoġġ tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni Franċiż bil-għan li tiżdied il-kurżità tat-tfal billi titrasformahom f’ġurnalisti. Tingħata wkoll għajnuna pedagoġika għall-għalliema. Hija tiffoka fuq ir-reġjun tal-mediterran imma l-iskejjel Ewropej kollha jistgħu jissieħbu. http://membres.lycos.fr/lemarquepage/ (bil-Franċiż) - Le Marque Page tissuġġerixxi suġġetti (xjenza, rappurtaġġi, ħajja ta’ kuljum, eċċ.) u tippermetti l-ippublikar ta’ artikli minn studenti li jitkellmu bil-Franċiż. http://www.ethnokids.net/index.php (bil-Franċiż) - il-websajt ta’ l-assoċjazzjoni Franċiża Ethnokids, fejn l-istudenti jitgħallmu jiktbu artikli dwar il-pajjiż tagħhom u jintebħu bid-diversità kulturali. Huma joffru għajnina pedagoġika.
Idea oriġinali: Viljenka Šavli (Solkan Primary School, Slovenia), viljenka.savli@guest.arnes.si Addattata minn: Kateřina Bavorová
 |
Editur tal-Web: |
Katerina Bavorova |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
11/03/2007 |
 |
 |
 |
|
|