Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Xenarju ta' eTwinning Kurrikulari
Art Nouveau fi Praga u Brussel

Għan 

Tpoġġi perspettiva aktar wiesgħa u aktar interessanti fil-kurrikulu ta' l-Arti permezz ta' l-azzjoni ta' l-eTwinning.
Li jirrealizzaw ix-xebh u d-differenzi bejn stili differenti ta' Art Nouveau f'żewġt ibiliet differenti.

Min hu nvolut

Żewġ għalliema ta' l-arti minn żewġ pajjiżi differenti (ir-Repubblika Ċeka u l-Belġju) jiddeċiedu li jaħdmu fuq is-suġġett ta' l-Art Nouveau fil-pajjiżi rispettivi tagħhom flimkien ma' l-istudenti.

Lingwa

Il-lingwa Franċiża hija l-lingwa magħżula għall-proġett għax l-istudenti fl-iskejjel sekondarji Ċeki jafuha tajjeb.

Oġġettivi pedagoġiċi

Studenti:

  • jitgħallmu x'inhu l-Art Nouveau
  • isibu eżempji tiegħu f'pajjiżhom (jżuru mużewijiet u postijiet oħra)
  • jiskopru l-eżistenza ta' l-Art Nouveau f'pajjiż ieħor
  • jitgħallmu jieħdu u jużaw ritratti diġitali
  • jitgħallmu jużaw l-għodod ta' l-ICT li joffri l-portal ta' l-eTwinning
  • jitgħallmu jikkomunikaw u jikkollaboraw ma' sħabhom barra l-pajjiż


Proċess

  1. Kemm l-għalliema kif ukoll l-istudenti jafu sewwa kif jużaw il-websajt ta' l-eTwinning, jafu jużaw il-wordprocessor, l-email u l-Internet qabel jibdew il-proġett.
  2. Il-partners jifthiemu fuq affarijiet bħal m' huma tul ta' żmien, eta' ta' l-istudenti (livell sekondarju huwa rrakkomandat f'dan il-każ), numru ta' parteċipanti, it-teknoloġija u l-materjali li ser jintużaw.
  3. L-għalliema jikkomunikaw flimkien u jippreparaw il-proġett.
  4. Jispjegaw l-idea u l-mod ta' kif se jaħdmu lill-istudenti tagħhom.
  5. L-istudenti jiġbru l-materjal (jieħdu r-ritratti ta' diversi elementi ta' l-istil Art Nouveau, jżuru mużewijiet u galleriji fil-belt tagħhom, u jfittxu riżorsi fuq l-Internet) u jorganizzawh. L-istudenti jistgħu jaħdmu flimkien f'pari jew fi gruppi.
  6. L-għalliema jsegwu x-xogħol li jkun qed isir u flimkien ma' l-istudenti jiddeċiedu x'jista' jiġi tradott u jingħadda lill-partners barranin.
  7. L-istudenti fiż-żewġ pajjiżi jiddiskutu l-materjal mibgħut minn sħabhom. Jikkumparaw fatturi komuni (e.g. mottivi florali jew veġetali) u jaqblu fuq differenzi (e.g. Brussell - iktar fl-arkitettura, Praga - iktar fuq interior design).
  8. Fl-aħħar, iż-żewġ għalliema (mgħejjuna mill-istudenti) jiddeċiedu fuq dak li għandu jintwera fuq il-websajt ta' l-eTwinning, li jidher madwar l-Ewropa kollha f'forma ta' gallerija virtwali li turi stampi u deskrizzjonijiet qosra pprovduti mill-istudenti.

     

 

Editur tal-Web: Katerina Bavorova
Ippubblikat : 15/10/2004
Mibdul l-aħħar : 15/02/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea