Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Ir-Riċiklaġġ f'Beltna
L-Imsieħba jwettqu stħarriġ dwar ir-riċiklaġġ f'belthom. Jagħmlu grafs bir-riżultati, jikkummentaw dwarhom u jissuġġerixxu soluzzjonijet għall-futur.

Lista t'Attivitajiet

L-Għalliema joħolqu gruppi ta' tliet studenti u jagħtu xogħlijiet partikolari lil kull wieħed jew waħda minnhom (reporter, fotografu, webmaster). Bejn it-2 u r-4 ġimgħa, kull grupp iwettaq dawn ix-xogħlijiet:

  • Il-Kitba ta' messaġġ ta' introduzzjoni fuq (wieħed għal kull grupp ta' tlieta)
  • Jintervistaw numru ta' persuni mill-belt tagħhom
  • Jieħdu ritratti skond is-suġġett
  • Jiġbru riżultati u jorganizzawhom bħala grafs fl-Excel
  • Itellgħu il-fajls ta' l-Excel fit-TwinSpace
  • Jiddiskutu r-riżultati tal-klassi msieġba u jiktbu rapport dwarhom (wieħed għal kull klassi)
  • Jissuġġerixxu dak li jista' jkun imtejjeb fl-ibliet tagħhoml
  • Jiktbu rapport qasir dwar il-proġett u jtellgħu il-fajs ta' l-Excel, suġġerimenti u ritratti mill-intervisti fit-TwinSpace bħala arkivju ta' fajls u gallerija għar-ritratti.
  • Il-wiri tar-riżultati tal-proġett lil nies oħra fl-iskejjel u fil-komunità lokali u r-rappurtaġġ dwar il-proġett

L-Ewwel Ġimgħa

Kull proġett bi prova jista' jibbenifika minn TwinSpace (għal dan, nirrakomandaw li taqraw il-gwida). L-għalliema jsiru jafu 'l xulxin billi jiskambjaw messaġġi interni fejn jaqsmu l-ideat u jaddattaw il-kit għal ħtiġijiet tagħhom (suġġett, etajiet, ħiliet, eċċ.). Jitgħallmu jużaw l-għodod li jinħtieġu għall-proġett jew isibu kollega li jkun jista' jgħinhom. Jispjegaw il-proġett lill-klassi tagħhom..

F'din l-ewwel ġimgħa, l-għalliema "jistiednu" lill-istudenti tagħhom (f'timijiet ta' tlieta) għat-TwinSapce biex 'il quddiem ikunu jistgħu jużaw is-sistema ta' messaġġi interna biex jiddiskutu l-mistoqsijiet dwar ir-riċiklaġġ (mhux aktar minn 10 mistoqsijiet) u jintervistaw lin-nies (mhux aktar minn 30 persuna).


It-Tieni Ġimgħa

L-istudenti jaħdmu fi gruppi ta' tlieta. Ir-Reporters ikunu responsabbli biex jeditjaw il-kitbiet, il-fotografi jieħdu r-ritratti u l-webmasters jieħdu ħsieb l-aspett tekniku.

L-istudenti jiktbu messaġġ ta' introduzzjoni dwar il-grupp fit-TwinSpace. Kull grupp jintervista numru ta' individwi mill-belt tagħhom dwar ir-riċiklaġġ. Jistaqsu mistoqsijiet li jkunu waslu għalihom flimkien ma' l-ismsieħba tagħhom. Il-fotografi jieħdu r-ritratti.

Ir-Riżultati jiddaħħlu fi spredxijt ta' l-Excel li tkun tinkludi grafs. Il-fajls ta' l-Excel jittelgħu fit-TwinSpace.

PARIR:
Biex torganizzaw il-kitbiet, l-informazzjoni, l-preżentazzjonijiet u r-ritratti fit-TwinSpace, iddeċiedu flimkien bil-quddiem kif tistgħu issemmu u torganizzaw il-folders u l-arkivji ta' fajls u galleriji bir-ritratti.
Tistgħu tagħmlu dan skond l-iskola, t-tema, t-tipio ta' dokumenti, eċċ. L-aktar ħaġa importanti huwa li taqblu fuq struttura u li żżommu magħha.



It-Tielet Ġimgħa

L-imsieħba jiddiskutu r-riżultati u u jiktbu konlużjoni (kull klassi) permezz ta' 'FOrum' maħluq ġewwa t-TwinSpace. Billi l-kummenti kollha tad-diskussjoni jkunu dokumentati, jkunu jistgħu janaliżżaw id-diskussjoni u jissuġġerixxu dak li jista jkun imtejjeb fl-ibliet tagħhom. 

Matul din il-ġimgħa jistgħu isiru wkol dlikussjonijiet lajv permezz taċ"Chat" tat-TwinSpace jew tal-konferenza bil-vidjo. Jekk isir dan, l-istudenti jkunu responsabbli biex jieħdu n-noti.

PARIR:
Jekk tixtieq tuża biċċa għodda għall-konferenzi bil-vidjo sempliċi u sigura, nagħtuk parir tuża l-FlashMeeting, li bħala skejjel ta' l-eTwinning tistgħu tużaw mingħajr ħlas.
Biex tużaw dan il-programm fil-proġett tagħkom iktbu email lil Thomas Maier.

Ir-Raba' Ġimgħa

Isir rapport qasir dwar il-proġett li flimkien ma' l-fajls ta' l-Excel, is-suġġerimenti, u ritratt, jittellgħu fit-TwinSpace (użaw 'Arkivji ta' Fajls' u 'Gallerija tar-Ritratti' għar-ritratti). Ir-riżultati tal-proġett jkunu murija u diskussi fiż-żewġ skejjel.

Biex jagħlqu l-proġett, l-istudenti jiktbu email ta' tislima lill-imsieħba tagħhom permezz tas-sistema ta' l-email tat-TwinSpace.

Jekk kollox imur sewwa, l-għalliema jistgħu jiddeċiedu li jibdew proġett ieħor ma' l-iskola msieħba. Aqra l-gwida biex tara kif tista' tibda proġett ġdid.

Editur tal-Web: Katerina Bavorova & Christina Crawley
Ippubblikat : 17/07/2007
Mibdul l-aħħar : 08/09/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea