 |
Tradizzjonijiet Ħajjin |
 |
F'dan il-proġett, żewġ skejjel imsieħba jaħdmu flimkien u joħolqu preżentazzjoni online dwar it-tradizzjonijiet f'pajjiżhom. |
 |
Lista t'Attivitajiet
L-għalliema joħolqu gruppi mħallta ta' bejn erbgħa w sitt studenti (minn student sa tlieta minn kull pajjiż) u jieħdu ħsiebhom waqt it-twettiq tax-xogħol fuq il-proġett:
- Il-kitba ta' email ta' preżentazzjoni lil xulxin fi ħdan il-grupp
- It-tħejjija ta' preżentazzjoni bejniethom (permezz tal-PowerPoint jew il-Word) dwar ħames tradizzjonijiet minn kull pajjiż
- Dan ix-xogħol jittella' fit-TwinSpace
- Il-wiri tar-riżultati tal-proġett lil nies oħra fl-iskejjel u r-rappurtaġġ dwar il-proġett
L-Ewwel Ġimgħa
|
Kull proġett bi prova jista' jibbenifika minn TwinSpace (għal
dan, nirrakomandaw li taqraw il-gwida).
L-għalliema jsiru jafu 'l xulxin billi jiskambjaw messaġġi
interni fejn jaqsmu l-ideat u jaddattaw il-kit għal ħtiġijiet tagħhom (suġġett,
etajiet, ħiliet, eċċ.).
Jitgħallmu jużaw l-għodod li jinħtieġu għall-proġett jew isibu
kollega li jkun jista' jgħinhom. Jispjegaw il-proġett
lill-klassi tagħhom.
F'din l-ewwel ġimgħa, l-għalliema "jistiednu" lill-istudenti
(f'timijiet) fit-TwinSpace biex ikollhom aċċess u eventwalment ikunu jistgħu
jużaw is-sistema interna biex jintbgħatu l-messaġġi u biex jiddiskutu t-tradizzjonijiet
li huma speċjali jew uniċi f'pajjiżhom jew f'dak ta' l-iskola msieħba. |
PARIR:
Tista' tuża s-sistema tal-messaġġi interni biex tifthiem data u
ħin għal meta tkun tista' tiċċettja ma' l-imsieħba tiegħek. Tista' tifthiem, per
eżempju li tiltaqgħu fl-20 ta' Settembru fil-11:00 (ħudu ħsieb id-differenza
fil-ħin!) u dak inhar f'dak il-ħin, iklikkja fuq l-icon
taċ-chat fil-faxxa ta' fuq tat-TwinSpace. B'dan tkun
tista' tiċċettja u tiskambja l-ideat dak il-ħin stess. | |
It-Tieni Ġimgħa
Fi ħdan il-grupp, l-istudenti jiskambjaw messaġġ inizjali li
fih jintroduċu lilhom infushom. Fit-tieni messaġġ jissuġġerixxu tradizzjonijiet
minn pajjiżhom li jkunu jixtiequ jinkludu fil-preżentazzjoni tagħhom. Wara
jifthiemu fuq l-għamla tal-preżentazzjoni (il-format, awdjo, kitba, vidjo, eċċ).
It-Tielet Ġimgħa
Il-gruppi jaħdmu fuq il-preżentazzjoni tagħhom billi jieħdu
ritratti, jagħmlu kitbiet u jfittxu għal tagħrif relatat fuq l-Internet. Waqt li
jkunu qed jagħmlu dan ikunu wkoll qed jesploraw il-possibiltajiet tekniċi
tas-softwer għall-preżentazzjonijiet li jkunu għażlu.
Ir-Raba' Ġimgħa
|
Il-Preżentazzjonijiet ikunu mlestija u ippubblikati fuq it-TwinSpace.
L-istudenti f'kull waħda mill-klassijiet jippreżentaw ix-xogħol li jkunu wettqu
fil-grupp u jippromwovu l-proġett barra mill-klassi (eż. fuq in-noticeboard,
magażin ta' l-iskola, waqt dibattitu).
Biex jagħlqu l-proġett, l-istudenti jiktbu email ta' tislima
lill-imsieħba tagħhom permezz tas-sistema ta' l-email tat-TwinSpace.
Jekk kollox imur sewwa, l-għalliema jistgħu jiddeċiedu li
jibdew proġett ieħor ma' l-iskola msieħba. Aqra l-gwida biex tara kif tista'
tibda proġett ġdid. |
PARIR:
Biex tpoġġi l-preżentazzjonijiet tiegħek fit-TwinSpace oħloq
folder għal kull skola. Biex toħloq folder, iklikkja fuq "Settings" fil-faxxa ta'
fuq u segwi l-istruzzzjonijiet. Imbagħad minn ġewwa
l-'folder' daħħal 'Arkivju ta' Fajls'. Tista' taħżem kemm-il fajl trid sakemm
kull wieħed ma jkunx jaqbeż il-5Mb.
| |
 |
Editur tal-Web: |
Katerina Bavorova & Christina Crawley |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
18/09/2007 |
 |
 |
 |
|
|