 |
Skambju ta' logħob |
 |
Dan il-kit jagħti idea sempliċi dwar kif twettaq proġett ta' kollaborazzjoni internazzjonali fil-klassijiet ta' l-edukazzjoni fiżika bejn żewġ (jew aktar) għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika. Dan il-kunċett sempliċi jista' jiġi żviluppat fi proġett aktar kross-kurrikulari u orjentat lejn l-istudent (ara Għażliet). |
 |
Etajiet: 10 sa 15-il sena
Tul: 1-3 xhur
Għodod ta' l-ICT: e-mail, għodod għall-preżentazzjoni/softwer għall-editjar tal-vijdjow, word processor, softwer għar-ritratti, kamera diġitali.
Suġġetti: Edukazzjoni Fiżika, lingwi barranin, u ICT (mhux bilfors)
Mudell: Żewġ (jew aktar) għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika minn pajjiżi Ewropej differenti
Għanijiet:
Għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika • L-iżvilupp ta' metodi ġodda għat-tagħlim ta' l-Edukazzjoni Fiżika permezz tal-kollaborazzjoni internazzjonali • Titjib tal-litteriżmu tal-kompjuter u ħiliet fil-lingwa
Studenti • Jsiru jafu dwar kultura oħra Ewropea billi jilagħbu l-logħob tradizzjonali minn kulturi oħrajn
Proċess:
1. Introduzzjoni tal-kunċett – il-fażi tal-bidu
Għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika jikkomunikaw bejniethom permezz ta' l-email u jiskambjaw informazzjoni bażika personali u professjonali.
2. Skambjar ta' Informazzjoni
Għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika jiskambjaw ir-regoli ta' logħba tipika tal-pajjiż tagħhom. Ikunu ċerti li l-imsieħba tagħhom jifhmu r-regoli u l-kunċett tal-logħba magħżula. Biex ikunu ċari, jistgħu jilagħbu l-logħba ma' l-istudenti tagħhom, jieħdu ritratti u jibnu preżentazzjoni dettaljata bil-PowerPoint bħala għodda għat-tagħlim għall-iskola msieħba. Minflok il-preżentazzjoni, l-għalliema jistgħu ukoll jiffilmjaw lill-istudenti waqt il-logħba u joħlqu vijdjow qasir b'sottotitoli li jispjegaw ir-regoli tal-logħba.
3. Nitgħallmu minn xulxin
L-għalliema jgħallmu l-logħba lill-klassijiet tagħhom bil-lingwa tagħhom. Hawn jistgħu juru l-preżentazzjoni jew il-vijdjow u jintroduċu lill-istudenti l-oħrajn. Wara dan, l-istudenti jitgħallmu jilagħbu din il-logħba.
Riżultati:
L-istudenti jilagħbu l-logħba b'mod uffiċċjali matul xi attività speċjali fl-iskola tagħhom. Dakinhar jistgħu jispjegaw il-proġett tagħhom lill-klassijiet l-oħra u jgħallmuhom il-logħba wkoll. Stampi, vijdjows u sawnd minn dik il-ġurnata imbagħad jistgħu ikunu ppubblikati fuq l-Internet permezz ta' għodod għall-ippublikar (eż., websajts, weblogs, podcasting, eċċ.).
Għażliet:
L-istudenti jistgħu ikunu involuti direttament fil-proġett mil-bidu nett: jistgħu ikunu huma li jissuġġerixxu l-logħob, jispjegaw ir-regoli u jħejju l-preżentazzjoni bil-PowerPoint (jew vijdjow). Jistgħu wkoll jibdew jitgħallmu flimkien ir-regoli tal-logħob ta' l-imseħbin mingħajr l-għajnuna ta' l-għalliema. Barra minn dan, jistgħu jitgħallmu verżjonijiet oħra eżistenti ta' l-istess logħba u anki jissuġġerixxu tibdil huma nfushom.
L-Istudenti jiddiskutu b'mod dirett ma' l-imseħbin tagħhom permezz ta' wħud mill-għodod tal-komunikazzjoni (eż., email, forums, Skype, konferenza bil-vijdjow, eċċ.). Ikun tajjeb kieku minbarra waqt il-lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika, x-xogħol isir ukoll waqt il-lezzjonijiet ta' l-ICT u/jew tal-lingwa minħabba li l-proġett jinvolvi l-użu tal-lingwa u tal-kompjuter.
Proġett simili:
Logħbiet antiki għadhom Ħajjin
Idea oriġinali: Ta' Kostas Papathanasiou, għalliem ta' l-Edukazzjoni Fiżika fil-Kavassila junior high school fil-Greċja, u Alena Mayová, a għalliem ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskola Česká Lípa fir-Repubblika Ċeka.
(Aqra l-intervistà Logħbiet antiki rxuxtati f'pajjiżi differenti).
 |
Editur tal-Web: |
Katerina Bavorova |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
19/03/2007 |
 |
 |
 |
|