Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Lingwi tas-Sinjali Ewropej – simili jew differenti?
Biex ikollhom suċċess fis-soċjeta, persuni b'nuqqas ta' smigħ iridu jitgħallmu diversi lingwi: il-lingwa ta' pajjiżjom, mill-inqas lingwa oħra barranija u l-lingwa tas-sinjali. Dan il-proġett jgħin fl-iżvilupp ta' dawn it-tlett lingwi. Minħabba li l-lingwa tas-sinjali hija l-ewwel lingwa għall-persuni b'nuqqas ta' smigħ, hija l-lingwa li l-aktar li jużaw għall-komunikazzjoni.

Persuni żgħar li huma neqsin mis-smigħ jistgħu igawdu bil-kbir permezz ta' l-użu ta' l-ICT biex jikkomunikaw (emails, skambju ta' fajls, web cams). Minħabba li pajjiżi differenti għandhom lingwi tas-sinjali differenti, dan il-kit ser jgħin biex ikun hemm komunikazzjoni bejn pajjiżi differenti bil-ħolqien ta' dizzjunarju tal-lingwi tas-sinjali fuq l-Internet li bih persuni minn pajjiżi differenti jkunu jistgħu jitgħallmu l-lingwa tas-sinjali ta' pajjiżi oħrajn.

Etajiet studenti ta' bejn it-13 u s-17-il sena b'nuqqas ta' smigħ

Tul Madwar tlett snin

Għodod ta' l-ICT Computer, Internet, Kamera, Vijdjow

Mudell Twinning ta' skola sħiħa, twinning bejn għalliema

Tema Edukazzjoni speċjali

Suġġetti

  • Lingwa tas-sinjali
  • Ingliż
  • Informatika/ICT
  • Ġografija

Għanijiet

  • L-iżvilupp tal-ħiliet tal-komunikazzjoni tat-tfal - fl-Ingliż u fil-lingwa tas-sinjali.
  • L-iżvilupp tal-lingwa Ingliża, miktuba u orali.
  • It-tqabbil ta' sinjali minn lingwi tas-sinjali differenti u l-iżvilupp ta' lingwa tas-sinjali komuni għall-Ewropa.
  • L-iżvilupp ta' ħiliet ta' l-ICT - l-użu ta' kameras, skambju ta' fajls, żvilupp ta' paġni tal-web.
  • L-Integrazzjoni ta' suġġetti differenti.
  • Il-ħolqien ta' qafas għal-kooperazjoni fit-tul

Valur pedagoġiku

  • Joħloq ambjent attraenti ta' studju għall-għalliema, studenti, u l-iskola sħiħa.
  • Jippermetti l-iskambju ta' esperjenzi u informazzjoni bejn nies li qed jiffaċċjaw problemi simili.
  • Jippermetti it-twaqqif ta' relazzjonijiet fit-tul bejn għalliema.

Proċess:

Il-Bidu

Korrispondenza bejn l-għalliema:

  • Ftehim fuq id-dettalji tal-proġett.
  • L-introduzzjoni tal-ħajja ta' kuljum u x-xogħlijiet.
  • L-introduzzjoni ta' l-iskola.

Il-ġbir u l-irranġar ta' l-informazzjoni. Ix-xogħlijiet li ġejjin huma maħluqa b'kooperazzjoni bejn l-istudenti u l-għalliema:

  • Introduzzjoni tagħhom infushom (kitba, ritratti)
  • Il-ħajja ta' kuljum fl-iskola - l-istudju, l-ħin liberu (PowerPoint)
  • L-introduzzjoni ta' pajjiżhom – il-ġografija, n-nies, l-ispeċjalitajiet, it-tradizzjonijiet, l-ikel eċċ. (PowerPoint)
  • Permezz ta' l-MSN Messenger u web cams jiddiskutu ċertu suġġetti maqbula minn qabel – l-isport, il-moda eċċ. (bil-lingwa tas-sinjali u bl-ingliż miktub biex jgħin il-lingwa tas-sinjali).

Il-paġna ta' l-Internet tista' tintuża bħala dizzjunarju għal-lingwa tas-sinjali animat - tingħata kelma bl-Ingliż lil kull pajjiż biex tkun tradotta fil-lingwa tagħhom u fil-lingwa tas-sinjali bil-vijdjow skond il-lingwa tas-sinjali ta' dak il-pajjiż.

Skambjar ta' Informazzjoni

L-għalliema li jkunu qed jieħdu ħsieb il-proġett jiskambjaw informazzjoni dwar l-attivitajiet kontinwament - jiskambjaw ukoll l-esperjenzi u jagħtu pariri.

Riżultati

  • Sit ta' l-Internet bix-xogħlijiet u proġetti lesti.
  • Dizzjunarju animat tal-lingwa tas-sinjali.

Għażliet

Il-metodu viżiv jista' jkun estiż għall-espressjoni artistika. L-istudenti jistgħu jagħmlu stampi jew jieħdu ritratti dwar il-ħajja ta' kuljum tagħhom u jiktbu messaġġi qosra biex ifissruhom. Jistgħu jiskennjawhom u jtellgħuhom ġo folders fit-TwinSpace tagħhom.

Proġetti simili

Ħiliet simili (Word, PowerPoint u MSN Messenger) intużaw sa ċertu punt fi proġett Comenius Xebħ u differenzi kulturali ta' persuni b'nuqqas ta' smiegħ fl-Ewropa multikulturali (2004-2006) li fih ħadu sehem l-Estonja, l-Belgju, Franza, Ċipru u l-Greċja.

Editur tal-Web: Sylvia Binger
Ippubblikat : 28/03/2006
Mibdul l-aħħar : 16/02/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea