Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
L-istatistika u inti
F'din l-attività, studenti mill-iskejjel imseħbin jiġbru informazzjoni dwarhom infushom. Jgħaqqdu din l-informazzjoni f'xeħta ta' stħarriġ statistiku sempliċi li jistgħu jiskambjaw ma' l-iskola msieħba. B'dan il-mod, il-matematika tkun qed tiġi applikata għall-ħajja ta' kuljum ta' l-istudenti, dak li jdawwarhom, l-isfond tal-familja u jtejjeb il-mod kif jifhmu lil xulxin. Fit-tmiem ta' dan il-kit, issib kwestjnarju li jagħti xi suġġerimenti dwar dak li għandek tistaqsi.

Fil-qosor:  Etajiet: 13 'il fuq

Tul: 2-3 ġimgħat

Għodod ta' l-ICT: email, chat, spreadsheets, folders maqsuma, preżentazzjonijiet bil-PowerPoint

Suġġett: Matematika

Tema: Xjenza

Valur pedagoġiku:

Din l-attività  tagħti l-opportunità li x-xogħol matematiku jkun applikat fil-ħajja ta' kuljum. Il-ħajja ta' l-iskola u dik tad-dar huma llinkjati. L-istudenti jagħrfu l-importanza ta' l-istatistika u ta' kif janalizzawha. Jitgħallmu li l-evalwazzjoni ta' l-ionformazzjoni hija imsejsa fuq fatti preċiżi li ġew miġbura minn qabel. Dan jgħin biex jiġi evitat il-preġudizzju u jwassal għall-mod xjentifiku ta' kif wieħed jaħdem.

Għanijiet

L-istudenti jitgħallmu:

  • Jidentifikaw informazzjoni importanti u jfasslu kwestjonarji.
  • Jiġbru d-dettalji b'mod organizzat u analitiku.
  • Jiġbru l-informazzjoni ġewwa spreadsheets u graphs statistiċi.
  • Janalizzaw graphs u charts li juru informazzjoni ta' l-istatistika.
  • Dwar differenzi u xebħ kulturali ta' l-iskola imsieħba u l-pajjiż l-ieħor.
  • Ikollhom għarfien aħjar tal-pajjiż l-ieħor u ta' l-istudenti sħabhom.

Jekk trid tkun taf aktar, iklikkja hawn (pdf, bl-Ingliż).

Editur tal-Web: Sylvia Binger
Ippubblikat : 19/10/2005
Mibdul l-aħħar : 17/03/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea