Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Kif wasalna hawn? Stejjer ta' Migrazzjoni
Wieħed mill-akbar punti ta' diskussjoni tas-soċjetà moderna hija l-fenomenu tal-migrazzjoni.

Suġġetti: Kross-kurrikulari: Storja, Lingwi, Studju Soċjali u Ċittadinanza

Etajiet: 11-15

Livell: Intermedju

Tul: sena skolastika

Introduzzjoni: Wieħed mill-akbar punti ta' diskussjoni tas-soċjetà moderna hija l-fenomenu tal-migrazzjoni.  Xi nies jarawh bħala fenomenu soċjali ta' benefiċċju, li jwassal għat-titjib permezz tal-bidla filwaqt li għal oħrajn dan huwa suġġett ta' kunflitt b'kurrenti ta' razziżmu u atitudnijiet oħra estremi. L-istudenti jiġu f'kuntatt ma' din it-tema d-dar, jisimgħu u jaraw dwarha fuq ir-radju u fuq it-tv u jitkellm dwarha ma' sħabhom. Sfortunatament dak li jingħad dwat din it-tema huwa bbażat fuq misinformazzjoni, nuqqas ta' ftehim li xi drabi jsir apposta u nuqqas t'għarfien tal-fatti. Mhux dejjem ikun faċli li l-għalliema jxejnu dawn il-ħsibijiet u huwa ttamat li dan il-proġett jissupplimenta b'mod tajjeb xi oqsma bħal m'huma t-tagħlim ta' l-istorja, l-istudji soċjali u ċ-ċittadinanza. Il-proġett jinvolvi li tistieden grupp ta' klassijiet minn numru prattiku ta' skejjel biex jistudjaw il-migrazzjoni ta' nies li tel1u minn art twelidhom  biex jivvjaġġaw għal partijiet oħra ta' pajjiżhom stess jew għal pajjiżi oħra għal firxa wiesa' ta' raġunijiet. B'hekk ikunu jistgħu jifhmu aħjar ir-raġunijiet għall-emigrazzjoni/immigrazzjoni u l-impatt li jħallu fuq is-soċjetà.

Għodod ta' l-ICT: Kamera diġitali, faċilitaijiet għaċ-chat, email, Internet, webcam

Għanijiet pedagoġiċi: Intejbu ħiliet għar-riċerka u dawk komunikattivi.
Prattika fl-irrekordjar ta' informazzjoni u tħejjija ta' rapporti qosra.
Inħeġġu l-kurżità f'avvenimenti storiċi u fenomeni soċjali.
Inrawmu l-virtù li tkun kapaċi tieħu veduta bilanċjata bill tħares lejn id-diversi aspetti ta' argument u li tifhem u turi tolleranza lejn il-qagħda ta' kommunitajiet immigranti.

Proċess: 

1. Attivitajiet inizjali

L-attività inizjali tista' tibda fuq żewġ livelli:
 a) l-istudenti jingħataw biċċiet tax-xogħol individwalment biex isiru jafu kemm jista' jkun dwar l-oriġini tal-familji tagħhom
b) fil-klassi l-għalliema jibdew janalizzaw liema avvenimenti storiċi wassllu biex ikun hemm migrazzjoni.
TIP:
Metodi ssuġġeriti: Dejjem għexu fl-istess post, jew hemm xi nanniet li ġew minn partijiet oħra tal-pajjiż jew xi pajjiż ieħor? Jistgħu jwessgħu r-riċerka dwar il-familji tagħhom billi jfittxu fir-rekords tal-parroċċi jew fl-aġenziji ċentrali li jżommu r-reġistri tat-twelid, taż-żwiġijiet u ta' l-imwiet? L-għalliema jistgħu jinkludu l-oriġini tagħhom stess fl-istudju.

2. Konsolidazzjoni

TIP:
Is-sommarju ta' l-informazzjoni jista' jitpoġġa online fuq Wiki jew dokument tal-Google biex l-iskejjel kollha jkunu jistgħu jikkontribwixxu għalih online. Is-sommarju finali jista' jittella' fuq il-blog tal-proġett jew fuq it-TwinSpace.

Waqt li l-istudenti jkunu qed jagħmlu r-riċerka dwar familthom, l-għalliem/a jħejju lezzjonijiet dwar iċ-ċaqlieq tal-ġnus tul is-sekli, jibdew minn dawk l-aktar antiki li nafu dwarhom bħall-Kelti, r-Rumani, l-Amerikani indiġeni, t-Torok, eċċ. Għażliet oħrajn jistgħu jinkludu l-emigrazzjoni ta' l-Irlandiżi, t-Taljani u l-Portugiżi u l-fenomenu aktar riċenti ta' nies li jirtiraw fi stat membru ieħor ta' l-UE.
L-istudenti jistgħu jesploraw jekk hemmx xi mudelli konsistenti li joħorġu mir-riċerka filwaqt li l-għalliem bit-tagħrif li jkollu dwar l-isfond ta' l-istudenti, jista' jiddeċiedi li jikkonċentra fuq każ jew tnejn partikolari.

Fi tmiem kull xahar, isir sommarju ta' l-informazzjoni miġbura minn fost l-iskejjel imsieħba li matul it-tnax -il xahar jifforma ġabra ta' mudelli ta' migrazzjoni.

 

3. Konklużjoni

L-Aħħar fażi tal-proġett jintuża biex jinġabru r-riżultati bħala ktejjeb jew pubblikazzjoni online b'taqsimiet għall-kull klassi involuta li juri b'tabelli u grafiċi oħra fejn ikun hemm bżonn, l-oripini tal-klassi. L-għalliema jistgħu jinkludu d-dettalji tagħhom ukoll. L-aħħar biċċa xogħol tkun dik li tinkiteb konklużjonijiet minn kull skola li tkun qed tieħu sehem. Il-ktejjeb u/jew il-publikazzjonijiet online ikun disponibbli għall-iskejjel kollha involuti kif ukoll għal skejjel oħrajn.
TIP:
Ir-riżultati jistgħu ikunu ippubblikati online bħla magazine permezz tal-Magazine Factory. Kull klassi tkun tista' tagħmel paġna differenti. Ir-riżultati mbagħad ikunu jistgħu ikunu diskussi mill-istudenti fil-blog. F'dawk l-iskejjel li għandhom internet b'ħeffa qawwija u webcam, il-klassijiet ikunu jistgħu jiddiskutu r-riżultati permezz tal-konferenza bil-vidjo.

 

4. Riżultati

 

TIP: Aqsam il-link dwar il-konklużjonijiet tal-proġett tiegħek ma' klassijiet oħra mill-iskola tiegħek. Xandar artiklu dwaru fuq il-websajt ta' l-iskola. Informa lill-ġurnali tal-belt fejn toqgħod bix-xogħol li għamiltu.

 

Blog tal-proġett; CD-Rom

Għażliet għat-tkomplija: Iffoka fuq xejra ta' migrazzjoni partikolari jew raġuni jew riżultat partikolari ta' migrazzjoni. Tista' tiffoka fuq elementi partikolari tas-suġġett bħal m'hu l-impatt fuq il-lingwa meta jkollok massa kbira ta' imigranti, eżempji ta' migrazzjoni marbut mal-kolonji u dak impost bħal ma kien l-iskjavitù. Tista' tiffoka fuq każ partikolari ta' migrazzjoni, forsi wieħed li jirrapreżenta grupp etniku dominanto fl-iskola jew minħabba r-rabta ta' l-iskola ma' pajjiż partikolari (forsi fid-dinja li għadha qed tiżviluppa).

Downloads: Links utli għal informazzjoni ġenerali dwar is-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkultuali www.ec.europa.eu/culture/portal/events/current/dialogue2008
Eżempji ta' proġetti mtella' minn diversi stati membri ta' l-UE:
www.interculturaldialogue2008.eu 
Għal dettalji dwar proġetti tal-Youth ta' l-UE:
www.salto-youth.net/interculturaldialogue
Noti dwar il-migrazzjoni mill-OECD (Organisation for Economic Cooperation and Development):
www.oecd.org/migration
Noti dwar il-migrazzjoni mill-UNESCO
www.unesco.org/migration
Noti dwar l-esodu rurali mill-BBC
www.bbc.co.uk/history/british/victorians/exodus

Evalwazzjoni: L-għalliema jkollhom miri partikolari għall-proġett skond iċ-ċirkostanzi ta' l-iskola u tal-klassi. Dawn il-miri u l-fatt jekk intlaħqux jew le huma l-qafas ta' l-evalwazzjoni. Tingħata wkoll imporanza lil aspetti oħra bħal jekk il-proġett damx kemm kien ippjanat li jdum u jekk kienx hemm il-parteċipazzjoni attiva ta' l-imsieħba kollha. 

Il-proġett ta kontribut għal-ħtiġijiet skond il-kurrikulu bħal dawk ta' l-istorja jew tal-ġografija? Taħseb li l-atitudnijiet ta' l-istudenti lejn it-tema, eż. lejn kommunitajiet ta' l-immigranti, inbidlu minn meta saru aktar konxji tal-isfond tagħhom infushom u qasmuhom mal-kumplament tal-klassi? Il-proġett wassal għal użu tajjeb u immaġinattiv ta' l-ICT?

Ippubblikat : 28/02/2008
Mibdul l-aħħar : 07/04/2008
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Kummissjoni Ewropea