Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
L-iskola u s-suq
L-istudenti jitgħallmu jfasslu u jqassmu x-xogħol, jaqsmu l-ideat, jaħdmu f'tim, jagħtu valur lill-isforz u jkunu lesti li jgħlbu kull xkiel biex il-prodott finali tagħhom jgħaddi mill-verifika stretta ta' kwalità.

Etajiet: 5-12

Tul: Sena skolastika

Użu ta' għodod ta' l-ICT: email, websajts, konferenza bil-vijdjow, vijdjow

Suġġetti: Lingwi, matematika, arti, ġografija, edukazzjoni għall-konsumatur, studji tal-kummerċ.

Għanijiet

  • Inħejju lill-istudenti sabiex ikunu ċittadini responsabbli li jaħsbu u li jkunu kapaċi jagħmlu l-għażliet tagħhom f'soċjetà mmexxija mill-konsum
  • Inrawwmu x-xogħol fi gruppi u l-kollaborazzjoni bejn studenti ta' etajiet u ħiliet differenti
  • Nedukaw dwar aspetti li jolqtu l-intraprendituri biex l-istudenti jkunu jistgħu jikkunsidraw is-self employment bħala possibiltà għall-futur
  • Niskambjaw esperjenzi, drawwiet u tradizzjonijiet
  • Inrawwmu d-dimesjoni Ewropea fl-edukazzjoni

Proċess

L-ewwel term: Il-Ħolqien ta' kumpanija żgħira

L-iskejjel jaħdmu għal rashom biex

  1. Joħolqu kooperattiva, jiddeċiedu l-pożizzjonijiet u responsabbiltajiet
  2. Iniżżlu l-minuti u jinkludu dak kollu li fthiemu dwaru.
  3. Jiddeċiedu dak li ser jimmanifatturaw. Il-prodott/i magħżul/a iridu jkunu skond tlett kriterji: faċli biex tagħmilhom, irħas, u attraenti għax-xerrejja prospettivi.
  4. Jaħdmu l-ispejjeż tal-produzzjoni.
  5. Jiddeċiedu fuq in-numru ta' prodotti li ser jipproduċu. Dan huwa relatat mal-kapaċità tal-produzzjoni u man-numru ta' klijenti mistenni.
  6. Jixtru l-materja prima. Huwa importanti li l-istudenti jqabblu l-prezz u l-kwalità qabel ma jieħdu d-deċiżjoni li jixtru l-prodott.
  7. Jaħsbu isem għall-kumpanija tagħhom u jiddisinjaw logo li jidentifikaha.
  8. Jiddisinjaw it-tiketti li ser jinkludu u jħejju l-informazzjoni kollha meħtieġa skond it-tip ta' prodott.

It-tieni term: Produzzjoni u kollaborazzjoni

F'dan l-istadju, l-imsieħba ser:

  1. Itellgħu informazzjoni dwar il-kumpanija tagħhom fit-TwinSpace. L-istudenti jistgħu jużaw it-TwinSpace biex jintroduċu lilhom infushom ma' l-istudenti mill-pajjiż l-ieħor u jsiru jafu 'l xulxin ukoll.
  2. Jagħmlu prodotti sempliċi u jagħmlu lista tagħhom f'forma ta' katalgu.
  3. Jaqsmu dan il-katalgu ma' l-imsieħba l-oħra. It-TwinSapce jista' jintuża għal dan il-għan.
  4. Jifthiemu fuq in-numru ta' prodotti li ser jibgħatu lil kull partner.
  5. Issa li kull klassi taf x'inhuma l-ispejjeż tal-produzzjoni, iridu jiddeċiedu l-prezz aħħari tal-prodott u allura wkoll dak li jridu jaqilgħu. Għalkemm m'hemmx għalfejn tinqasam l-informazzjoni kollha, l-għalliema għandhom iżommu dan f'moħħhom:
    • L-għan m'huwiex il-qligħ tal-flus, imma t-twettiq ta' proġett prattiku u t'attività attrenti li biha l-istudenti jkunu kapaċi jitgħallmu, jieħdu pjaċir, jixtru l-prodotti ta' xulxin billi jintefqu ftit flus.
    • Innutaw li jekk il-prezz tal-prodotti ta' żewġ klassijiet ikun l-istess, allura ma jkunx hemm bżonn ta' xiri. B'dan il-mod spejjeż relatati ma' trasferimenti ta' fondi minn banek ikunu evitati. Kull skola involuta f'dan il-proġett tkun tista' tbiegħ kemm il-prodotti tagħha kif ukoll ta' l-iskejjel l-oħra.
  6. Il-prodotti kollha għandhom jgħaddu minn proċess ta' verifika tal-kwalità biex ma jkun hemm l-ebda prodott difettuż li joħroġ fis-suq. Dan isir mill-istudenti nfushom.
  7. Il-proċess tal-manifattura huwa l-itwal wieħed. L-ammont ta' ħin li l-istudenti jkunu jistgħu jiddedikaw lill-kooperattiva tagħhom ser ikun limitat minħabba li huma ser ikomplu għaddejin bir-rutina normali tagħhom ta' kuljum. Madanakollu, l-ħtieġa biex imorru tajjeb f'aspetti differenti relatati mal-kooperattiva ser tkun ta' motivazzjoni għalihom biex jagħmlu ħilithom fil-klassi wkoll. Il-matematika, per eżempju, ser tkun meqjusa minn angolu differenti issa li se jkollhom bżonn jagħmlu kalkoli preċiżi fil-bejgħ tagħhom.

It-tielet term. Jum is-suq!

Issa huwa ż-żmien fejn l-istudenti veru għandhom bżonn ikunu kreattivi. Ftit mill-affarijiet li jistgħu jagħmlu huma:

  • Jiddisinjaw kampanja publiċitarja: Posters, stickers, basktijiet, dekorazzjonijiet żgħar, preżentazzjonijiet tal-prodotti…
  • Jitolbu l-Kunsill Lokali għall-permess biex jarmaw fuq is-suq.
  • Jistiednu awtoritajiet edukattivi, ta' l-intrapriża u tal-konsumatur biex iżuru l-istand tagħhom.
  • Jistiednu lill-mijdja (stampa, radju u televiżjoni) biex jagħmlu intervisti kemm fil-klassi kif ukoll fuq is-suq waqt li qed ibiegħu.
  • Jippubblikaw gazzetta ta' l-iskola li fiha l-istudenti kollha li jkunu pparteċipaw fil-kumpaniji differenti jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom. Din il-gazzetta tkun metodu tajjeb kif il-ġenituri jkunu nfurmati dwar dak li jkunu qed jagħmlu t-tfal tagħhom.

Niċċelebraw u Nevalwaw: Il-ġurnata ta' wara

Wasal iż-żmien taċ-ċelebrazzjoni, riflessjoni u evalwazzjoni. L-istudenti:

  1. Jiflu l-istampa u jfittxu lilhom infushom fir-ritratti.
  2. Jaqraw l-aħbarijiet. L-istudenti ser jirrealiżżaw li xi drabi dak li jinkiteb ma jkunx jirrifletti eżattament dak li veru jkun ġara.
  3. Jaqsmu u jikkummentaw dwar il-ġrajjiet tal-ġurnata.
  4. Jaraw kemm qalgħu flus u jiddeċiedu dak li jistgħu jagħmlu bihom (xi ħarġa, ikla, mawra saċ-ċinema, xiri ta' xi ktieb...). Jekk ikun għad fadal xi flus, tajjeb li jitfaddlu bħala kapital biex jibdew kumpanija oħra s-sena ta' wara.

u jaqsmuh mal-partners tagħhom.

Prodotti

It-tipi differenti ta' prodotti li jistgħu jinħolqu huma:

  • Ġardinaġġ: pjanti, qsari
  • Ikel: kejkijiet, jam, ċikkulati, gallettini, downats
  • Tiżjin: arranġamenti bil-fjuri, imluħa għall-banju, kaxex żgħar, tvalji
  • Stationery: notebooks, lapsijiet, albums għar-ritratti

Bħala prodotti ta' l-ICT biex jissapportjaw il-proġett, xi possibilitajiet huma:

  • Gazzetta elettronika
  • Djarju u kalendarju elettroniku
  • Forum
  • Galleriji tar-ritratti
  • Paġna tal-web ġewwa t-TwinSpace
  • CDs
  • Vijdjows

Link għal-aktar informazzjoni fuq l-użu ta' softwer u linji gwida għall-eTwinning.

Għażliet oħrajn

Il-proġett jista' wkoll ikun imwettaq minn skejjel fl-istess żmien, mingħajr ma jkun hemm bejgħ u xiri ta' prodotti mingħand l-imsieħba u b'sempliċi diskussjoni u qsim ta' esperjenzi fl-istadji differenti.

Proġetti simili

Hawn tistgħu taraw il-prodotti li xi studenti minn skola primarja Spanjola għamlu biex jiskambjaw ma' studenti Maltin
http://eme.valnaloneduca.com/pageme/Catalogo.pdf

Una Empresa en Mi Escuela (EME)
Edukazzjoni Intraprenditorjali għall-iskjjel primarji mid-Dipartiment ta' l-Industrija ta' Asturias fi Spanja
http://www.eme.valnaloneduca.com/

Links interessanti

Intrapriża tal-Komunità: In-nies, l-ekonomija u l-ambjent (Oġġett ta' tagħlim dwar l-edukazzjoni intraprenditorjali)
http://www.thelearningfederation.edu.au/tlf2/

Pupil evaluation

L-istudenti jkunu evalwati

Mill-ewwel ġurnata, fuq:

  • Il-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tal-proġett
  • L-interess u l-parteċipazzjoni
  • It-twettiq tax-xogħol fdat lilhom.

Matul il-proċess, fuq:

  • L-evalwazzjoni tagħhom infushom
  • L-analiżi tar-riżultati u l-proposti għat-titjib
  • Il-ħsieb dwar il-proposti u d-diskussjoni
  • Ir-rispett ta' l-opinjoni ta' l-oħrajn
  • Ir-rispett tar-regoli ta' l-indafa u s-sigurtà fix-xogħol
  • Il-verifika tal-kwalità ta' l-oġġetti maħduma
  • Il-kampanja ta' reklamar: It-tikketti, disinn, kreattività u l-etika
  • L-użu ta' materjal riċiklat fejn huwa possibli

Fil-mument tal-bejgħ, fuq:

  • Id-disinn ta' l-armar
  • Il-preżentazzjoni tal-prodott
  • Il-manjiera ta' kif iġibu ruħhom max-xerrejja
  • Il-ħila li jagħmlu kalkoli malajr

Idea oriġinali:

Mª Rosario García Zapico, craaltonalon@educastur.princast.es

Mª Rosario hija għalliema fl-Escuela de Entralgo (Colegio Rural agrupado Alto Nalón) (Laviana), fi Spanja. Involviet ruħha fi proġetti fl-edukazzjoni intraprenditorjali u ilha tieħu sehem flimkien ma' l-istudenti tagħha fis-suq tal-villaġġ tagħha mill-1988. Ispirat ħafna aktar għalliema tal-primarja fi Spanja biex jagħmlu l-istess ħaġa. Il-klassi rurali tagħha tinkludi studenti ta' bejn 5 u 12-il sena.

Editur tal-Web: Nuria de Salvador
Ippubblikat : 15/03/2006
Mibdul l-aħħar : 16/02/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea