 |
L-Edukazzjoni intraprenditorjali fl-Unjoni Ewropea |
 |
Dan il-kit isaħħaħ id-dimensjoni Ewropea u jtejjeb il-ħiliet ta' l-istudenti fit-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) u fil-lingwi barranin. |
 |
Etajiet: 15-18
Tul: Sena skolastika
Għodod ta' l-ICT: email, chat bil-vidjo, posta, għodod għall-preżentazzjonijiet, word processors, spreadsheets, databases, image processors, disinn għall-web, gruppi ta' diskussjoni, programmi għall-vidjo, kameras diġitali.
Suġġetti: Introduzzjoni għal ħiliet professjonali, ekonomija, Ingliż, proġetti intraprenditorjali, amministrazzjoni u tmexxija ta' kumpaniji.
Għanijiet
- L-Iżvilupp tal-ħiliet intraprenditorjali b'mod prattiku permezz tal-ħolqien ta' kumpanija fil-kuntest Ewropew.
- L-istudju ta' xi jfisser li tkun self-employed fl-Unjoni Ewropea.
- Jipprovdi sitwazzjonijiet ta' veru għall-użu ta' l-ICT u l-lingwi barranin bħala għodod f'ambjent multikulturali.
- L-Integrazzjoni tad-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni sekondarja.
Valur pedgoġiku
Il-proġett jgħaddas l-istudenti f'ambjenti li jagħtu opportunitajiet biex jintegraw u jiskambjaw għarfien dwar kif taħdem f'kuntest Ewropew.
Studenti f'kull pajjiż joħolqu kumpaniji zgħar biex jimportaw u jesportaw prodotti tipiċi mir-reġjuni rispettivi tagħhom. Dan il-proċess jinkludi riċerka, komunikazzjoni u u tagħlim kooperattiv bejn żewġ kumpaniji żgħar - bl-involviment ta' l-ICT u l-użu ta' lingwi barranin.
L-istudenti jitgħallmu mill-esperjenza għax il-ħtiġijiet tat-tagħlim tagħhom ikunu ġejjin minn problemi differenti li jiffaċċjaw. Ir-rwoli ta' l-għalliema u ta' l-istudenti jinbidlu. L-għalliem issir facilitator, membru ieħor tat-tim filwaqt li l-istudenti jkunu fuq quddiem fil-proċess tat-tagħlim. Xi wħud mill-ħiliet li l-istudenti jitgħallmu huma, l-kreattività, l-innovazzjoni, teħid ta' deċiżjonijiet, li toqgħod fuqek innifsek, u apprezzament akbar tal-ħtieġa tat-tagħlim tul il-ħajja.
Il-prodotti jkunu importati u esportati minn dawn il-kumpaniji jagħtu l-opportunità lill-istudenti biex jirriflettu fuq aspetti bħall-integrazzjoni Ewropea u d-differenzi eżistenti u x-xebħ bejn pajjiżi Ewropej.
Biex issir taf aktar, iklikkja hawn (PDF, bl-Ingliż)
 |
Editur tal-Web: |
Nuria de Salvador |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
16/02/2007 |
 |
 |
 |
|
|