Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Naqsmu l-Fruntieri – Il-Qawwa tax-Xbieha
X’informazzjoni tagħti xbieha? Kif għandhom jintużaw ix-xbiehat fil-kommunikazzjoni online u bil-mowbajl? Tista’ tagħmel ħsara billi tippubblika xbieha?

Etajiet: Studenti ta’ l-iskejjel primarji u sekondarji
Tul: 3 xhur

Valur Pedagoġiku

Litteriżmu ta’ l-ICT u Bini t’Għarfien

Studenti li jieħdu sehem f’dan il-proġett jaħdmu fi gruppi biex iħarsu lejn l-aspett tas-sigurtà ta’ l-għodod ta’ l-ICT. Dan jgħinhom isaħħu l-litteriżmu ta’ l-ICT tagħhom, li huwa tant importanti llum. Filwaqt li jiskopru l-possibiltajiet li joffrulhom dawn l-għodod, jgħarfu ukoll il-perikli li jista’ jkun hemm u jsiru jafu kif jistgħu jevitawhom.
F’dan il-każ mhux l-għodod ta’ l-ICT biss huma ċ-ċentru ta’ dan il-proġett, iżda jkun hemm ukoll l-aspett tal-kommunikazzjoni lil hinn mill-fruntieri u l-ġbir tar-riżultati tal-proġett.

Sigurtà, Privatezza u Netikett

L-istudenti jirriflettu fuq in-netikett u kif jamministraw il-privatezza u jagħtu każ ta’ aspetti ta’ sigurtà meta jużaw għodod li joffru potenjal qawwi ta’ kuntatt mal-pubbliku. Ikollhom jirriflettu wkoll fuq ir-responsabbiltà tagħhom u s-solidarjetà.

Kommunikazzjoni kross-kulturali u lil hinn mill-fruntieri

L-istudenti jsiru konxji tax-xebħ u jsibu mezzi kif jegħlbu d-differenzi kulturali. Billi jaħdmu ma’ skola msieħba minn pajjiż ieħor dwar l-Internet u l-aspetti tas-sigurtà fil-kommunikazzjoni bil-mobajl, jirrealizzaw ukoll in-natura universali tas-suġġett magħżul.

Il-ħidma fi gruppi: Tħejjija, Organizzazzjoni, Twettiq

L-istudenti jridu jħejju pjan tal-proġett għall-klassi tagħhom, u għat-tim tagħhom u jwettquh fil-perjodu ta’ tliet xhur mogħti lilhom.
Flimkien ma’ l-għalliema tagħhom, l-istudenti mhux biss ser ikollhom jaħdmu tajjeb bil-kollaborazzjoni fi gruppi, imma wkoll jagħmlu dan minn distanza. Għall-għalliema din tkun opportunità biex jesperimentaw b’metodoloġiji ġodda.

Ħjiel Prattiċi

Wara li tinkitbu għall-kompetizzjoni u tirreġistraw fil-portal ta’ l-eTwinning (jekk l-imsieħba huma mill-UE, min-Norveġja, l-Islanda jew il-Bulgarija)

• Iddeċiedu liema għodod għall-komunikazzjoni ser tużaw
• Araw kif ser tużawhom
• Jekk ikun hemm bżonn, irreġistraw u iksbu aċċess għall-għodod li se tużaw
• Installaw is-softwer li għandkom bżonn, skond ir-regolamenti ta’ l-iskola
• Iddeċiedu liema lingwa ser tużaw ma’ l-iskola msieħba
• Identifikaw il persuna/i li ser jagħmlu l-qari tal-prova u t-traduzzjonijiet
• Qassmu x-xogħol, użaw kalendarju biex tniżżlu d-dati tal-laqgħat u l-iskambji ma’ l-iskola msieħba
• Iddeċiedu dwar kif ser jitqassmu x-xogħlijiet, oħolqu gruppi ta’ xogħol u agħżlu rapporteurs
• Iddeċiedu dwar kif ser tevalwaw il-materjal li produċejtu

Xogħol Tematiku li Nissuġġerixxu

Tistgħu tibdew billi tiddiskutu il-kunċett tax-xbiehat u l-ħafna wċuħ tiegħu. L-iskejjel imsieħba jkunu jistgħu jagħmlu sessjoni ta’ ‘brainstorming’ biex jibdew id-diskussjoni. Tistgħu tiddeċiedu li taħdmu fi gruppi żgħar la darba tkunu identifikajtu l-aspetti differenti. Is-suġġeriment t’hawn taħt jistgħu iservu bħala linji gwida:
Ara li l-istudenti jirriflettu dwar ir-rwol tax-xbiehat:

• Aħna nemmnu biss dak li naraw? Dejjem għandna nemmnu dak li naraw?
• Fejn huma x-xbiehat fil-ħajja ta’ kuljum?

Itlob lill-istudenti jqabblu xbiehat tradizzjonali ma’ dawk diġitali – x’inhuma d-differenzi ewlenin?

• Kemm huwa faċli li jippubblikaw stampa tagħhom infushom b’metodi tradizzjonali?
• Kemm huwa faċli li tippubblika stampa tiegħek innifsek jew tibgħatha fuq mobajl?
• X’informazzjoni personali tista’ tinkiseb permezz ta’ l-użu ta’ ritratti “tradizzjonali”?

Ideat għall-workshops:

Ġiegħel lill-istudenti jużaw stampi minn magażin biex isaħħu diskussjoni. Itlobhom iqabblu stampi misjuba f’magażins jew gazzetti ma’ dawk misjuba online.

• L-istudenti jistudjaw l-istampi li jaraw fl-ambjent ta’ madwarhom. Kemm jista’ jkun b’saħħtu l-kliem meta jkun abbinat ma’ l-istampi?
• Għalfejn stampa tiġbdilhom l-attenzjoni? L-istampi jġiegħluhom jagħmlu xi affarijiet?

Itlob lill-istudenti jġibu stampi tagħhom infushom u jaraw l-informazzjoni li dawn ir-ritratti jipprovdu.(età, personalità, għażliet personali, eċċ.) Jistgħu xi nies jisiltu informazzjni dwar ħajtek u d-drawwiet bħal fejn toqgħod, liema skola tmur, l-isport li tagħmel, eċċ? Dan it-test jista’ jkun interessanti speċjalment meta tqabbel ritratti diġitali ma’ dawk tradizzjonali.

• Itlob lill-klassi tirrifletti dwar kif ikunu jridu li r-ritratti tagħhom ikunu wżati. X’għandhom iqisu meta meta jużaw ritratti ta’ nies oħrajn?
• Jistgħu jafdaw lil dawk li jpoġġu stampi online jew jibgħatuhom permezz tal-mobajl?
• Kif iħosshuhom meta r-ritratti tagħhom ikunu għadhom fuq l-Internet ħames snin oħra?
• X’jistgħu jagħmlu jekk xi ħadd ikun qed juża b’mod ħażin ritratt tagħhom jew ta’ xi ħadd minn sħabhom?
• X’aspetti wieħed irid iqis meta jippubblika ritratti fuq l-Internet?
• L-istampi li ssib fuq l-internet, tista’ taqbad u tużahom għal kwalinkwe skop (drittijiet ta’ l-awtur)?

Itlob lill-istudenti jagħmlu nota ta’ l-ideat li jiġuhom u biex jaħsbu dwar dak li kieku jgħidu lil sħabhom jew lill-kbar dwar ix-xbiehat u l-qawwa tagħhom.
Qabel ma’ l-istudenti jibdew jibnu l-materjal li jqajjem kuxjenza dwar dan, kun żgur li jiddefinixxu l-udjenza li ser ikunu qed jaħdmu għaliha biex il-materjal ikun maħsub għaliha.

Ippubblikat : 11/10/2006
Mibdul l-aħħar : 22/06/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea