|
Qabel ma tibda':
- Iċċekkja l-lista tal-kotba, videos, CDs, DVDs eċċ. biex issib dawk li huma relevanti għas-suġġett t'hawn fuq
- Iċċekkja x'aċċess għandek għall-laboratorju tal-kompjuter
- Sib nies li lesti li jappoġġjawk u jgħinuk - tista' taħseb biex twaqqaf xi grupp, eżempju, 'eTwins' - studenti li jkunu responsabbli minn dan il-proġett taħt id-direzzjoni tiegħek
- Sib post għal esebizzjoni tajjeb u frekwentat fl-iskola tiegħek.
- Iċċekkja jekk tistax tistieden esperti mill-pajjiż ta' l-iskola l-oħra u torganizza avvenimenti
Kif itella' l-proġett
Meta jkollok nies oħra jikkoperaw miegħek u jaħdmu fuq il-proġett, stedinhom jiltaqgħu miegħek biex tiddiskutu:
- L-għan tal-proġett
- It-tqassim tax-xogħol
- Il-kooperazzjoni mas-sħab fil-ġemellaġġ
- Ir-Riżultat u kif ser ikun preżentat
1. L-għan tal-proġett
Is-suġġett huwa nteressanti u eċitanti għaż-żgħażagħ għax ser jiltaqgħu u jitgħallmu dwar żgħażagħ ta' l-istess eta' tagħhom fil-pajjiż l-ieħor u dwar il-ħajja tagħhom. Minn naħa l-oħra l-istudenti ta' l-iskola tiegħek jikkontribwixxu għall-preżentazzjoni dwar il-ħajja ta' kuljum tagħhom kemm ġewwa l-iskola kif ukoll barra. Għalhekk iż-żewġ naħat ser ikollhom stampa ċara taż-żgħażagħ fil-pajjiżi ta' xulxin.
2. It-tqassim tax-xogħol
Ara kemm tista' tiddedika ħin għall-proġett u min mill-iskola jista' jgħinek. Aħseb fi grupp t'għalliema jew studenti li jinteressaw ruħhom u li lesti jaqsmu r-reponsabbilta' fil-ġbir ta' dak kollhu li hemm bżonn kemm mill-iskola kif ukoll minn barra u li ser jiġi ppreżentat u skambjat mal-partner tagħkom. Ħejji skeda biż-żmien u inkludi laqgħat, esebizzjonijiet eċċ.
3. Kooperazzjoni mas-sħab fil-ġemellaġġ
Sib termini għall-iskambjar ta' materjal. Żomm kuntatt regolari permezz ta' l-email jew it-telefon u pprova involvi lill-istudenti f'dawn il-kuntatti. Ipprova organizza sessjonijiet ta' chat ma' l-istudenti fl-iskola l-oħra fejn ikunu jistgħu jiġbru nformazzjoni għal preżentazzjoni oħra. Għalliema oħra għandhom mnejn jgħinuk tippreparahom.
4. Ir-riżultat u kif ser ikun preżentat
Ir-riżultat hija esebizzjoni konġunta reali u virtwali. Agħmel lista ta' l-oġġetti li għandek fil-librerija u tal-kontribuzzjonijiet l-oħra fuq is-suġġett. Staqsi lill-partner tiegħek biex jagħmel l-istess ħaġa u jekk hemm bżonn ibgħatu materjal lil xulxin permezz tal-posta jew b'metodi oħra (bħall-Internet eċċ.). Sib post fil-librerija tiegħek jew f'post ieħor iffrekwentat ħafna fl-iskola. Ara kemm għandek spazju. Ipprova daħħal ħafna stampi (ritratti u tpinġijiet) ħalli jiġbdu aktar l-attenzjoni. Ipprepara selezzjoni ta' kitbiet li l-istudenti jistgħu jieħdu d-dar biex ikomplu jiskopru. Ara liema lingwi ser tkun qed toffri. Biex tagħmilha esperjenza li tieħu fit-tul tista' tikkunsidra l-iskambju ta' wirjiet ibbażati fuq temi differenti bħall-mużika, l-letteratura, attivitajiet tal-ħin liberu u oħrajn.
|