 |
L-ICT għall-Komunikazzjoni |
 |
L-istudenti fi skejjel ittwinjati jitgħallmu jużaw, jevalwaw u jikkummentaw dwar numru ta' għodod għall-komunikazzjoni. Huma jużaw dawn l-għodod biex jikkomunikaw ma' xulxin u jiddiskutu suġġetti maqbula. |
 |
Fil-qosor:
Etajiet: 10-16
Tul: Żewġ terms jekk se jintużaw l-għodod għall-komunikazzjoni proposti kollha. Term wieħed jekk xi ftit minnhom ikunu magħżula.
Għodod ta' l-ICT: email, konferenza bil-vidjo, chat, forums, sejħiet bl-Internet (Skype), ambjenti kollaborattivi, ħolqien ta' websajts.
Mudell: Għalliema ta' l-istess suġġett minn pajjiżi differenti jaħdmu flimkien, u jdaħħlu d-dimensjoni Ewropea fil-pedagoġija tagħhom. Il-potenzjal kross-kurrikulari ta' dan il-kit jagħmilha faċli biex ikun addattat għal mudelli kollaborattivi oħrajn.
Suġġett: Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Komunkazzjoni (ICT)
Għanijiet:
- Biex l-istudenti jsiru konxji tal-possibiltajiet offruti mill-ICT għall-komunikazzjoni fit-tagħlim b'mod preċiż u mmirat.
- Biex l-istudenti jiġu mgħallma jużaw u jtejbu l-ħiliet tal-komunikazzjoni permezz ta' l-ICT.
- Biex indaħħlu għodod ta' l-ICT li l-istudenti għandhom imnejn jużaw id-dar ġewwa l-klassi.
- Biex nikkomunikaw, niskambjaw informazzjoni, nikooperaw, naqsmu u nikkolaboraw permezz ta' għodod online.
- Biex naħdmu mingħajr xkiel ta' spazju jew ħin.
- Biex insiru familjari man-normi bażiċi għall-komunikazzjoni virtwali u nkunu kapaċi nikkollaboraw f'komunità virtwali.
Valur pedagoġiku: Il-litteriżmu fl-ICT b'mod ġenerali, u t-tħaddim tajjeb ta' għodod ta' komunikazzjoni b'mod partikolari - b'kontribuzzjoni għall-innovazzjoni pedagoġika. Huwa ttamat li dan ikun ta' titjib fil-proċess ta' tagħlim li jkollu efett dirett fuq l-esperjenza ta' tagħlim ta' l-istudenti. Bl-ICT, l-ammont ta' tagħrif disponibbli jiġi immultiplikat flimkien mal-kapaċità tal-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' materjal.
Barra minn dan, l-interattività tmur tajjeb ma' ambjenti ta' komunikazzjoni online bħal m'huma komunitajiet virtwali, timijiet ta' kollaborazzjoni, eċċ. li jistgħu jgħinu jitrasformaw l-edukazzjoni.
Il-kommunikazzjoni virtwali tagħti s-saħħa lill-istudenti li jfittxu għall-informazzjoni, jikklassifikawha, jagħżlu, jikkummentaw u jagħtu l-opinjoni tagħhom dwarha kif ukoll jagħmlu deċiżjonijiet infurmati tajjeb u jsemmgħu leħinhom.
Proċess
Fażi inizjali: Fil-fażi inizjali, l-istudenti għandhom jirreflettu u jitgħallmu dwar
- Il-karatteristiċi ta' kull waħda mill-għodod ta' komunikazzjoni.
- Meta jużawhom.
- Kif jużawhom.
- Il-ħtiġijiet tekniċi.
- Vantaġġi u żvantaġġi.
- L-irreġistrar u l-kisba ta' kont għal kull għodda wżata.
- L-installar tas-softwer meħtieġ, skond ir-regoli u restrizzjonijiet fl-iskola.
- L-użu ta' kalendarju biex jippjanaw id-dati u l-ħinijiet (għal dawk l-attivitajiet li jridu jsiru simultanjament) fejn kull waħda mill-għodod ser tintuża.
- L-ippjanar ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni ma' l-iskejjel ittwinnjati f'pari jew fi gruppi .
Ittestjar ta' l-għodod: F'din il-fażi, l-istudentijużaw is-servizzi ta' l-Internet ippjanati: e mail, konferenzi bil-vidjo, chat, forum u aħbarijiet, ambjenti kollaborattivi u sejħiet bl-Internet (Skype). Ser jesploraw ukoll l-għażliet varji li joffru.
Riżultati aħħarin: Websajt li turi l-attivitajiet li għamlu. Xi wħud minn dawn, bħall-emails, jistgħu jintwerew bħala paġna maħluqa għal din ir-raġuni, oħrajn, bħall-forums jistgħu isiru mill-websajt innifisha. Tkun idea tajba jekk toħloq taqsima fejn l-istudenti jagħtu l-opinjoni tagħhom u jikkummentaw fuq l-għodod użati.
Prodott Websajt. Għażliet oħra jistgħu ikunu CD-ROM u/jew DVD. Testi, stampi, filmati, u ħsejjes jistgħu jiġu miġbura hawn.
Proġetti simili Kwalinkwe proġett li juża għodod ta' l-ICT għall-komunikazzjoni jista' jiġi marbut ma' dan. Dan il-proġett huwa ideali bħala introduzzjoni għall-proġett ieħor fejn dawn l-għodda jkunu meħtieġa.
Evalwazzjoni Evalwazzjoni formattiva li tiffoka fuq il-proċess u fuq it-titjib.
Evalwazzjoni summattiva fl-aħħar tal-proċess biex tiċċekkja jekk intlaħqux l-għanijiet u jekk il-proġett kien wieħed effettiv għall-istudenti. Jista' jitfassal kwestjonarju li jara jekk:
- Hemmx titjib sostanzjali fil-mod ta' kif jaħdmu l-istudenti.
- Jekk dawn l-għodod humiex effettivi għall-użu kurrikulari.
- Tjibitx l-interazzjoni bejn l-istudenti.
- Jekk kienx hemm il-parteċipazzjoni attiva ta' l-istudenti.
- Jekk sar tagħlim sostanzjali.
- Jekk ienx hemm tibdiliet fil-metodoloġija.
- Jekk kienx hemm atmosfera ta' xogħol tajba.
- Jekk id-disinn tal-proġett kienx tajjeb.
- Jekk żdiditx l-awtonomija ta' l-istudenti fl-użu ta' l-għodod.
- Jekk l-għodod intużawx war t-tmiem il-proġett.
- Jekk kienx hemm problemi assoċjati ma' l-użu ta' dawn l-għodod.
Idea oriġinali: Rosa Estragués Bonada, Kap tad-Dipartiment ta' l-ICT Fundació Collserola (Barcelona), http://fundaciocollserola.com/.
Links utli
email: http://en.wikipedia.org/wiki/Email http://jerz.setonhill.edu/writing/e-text/e-mail.htm#message http://www.learnthenet.com/english/section/email.html
Chat: http://myeurope.eun.org/ww/en/pub/ myeurope/home/activities/citizenship/chat_guide.htm http://lpc1.clpccd.cc.ca.us/lpc/blackboard/chat/chat_consids.htm
Forums: http://www.learnthenet.com/english/section/newsgroup.html
Konferenzi bil-vidjo: http://www.global-leap.com/dfesproject/ http://www.learnthenet.com/english/section/conference.html http://www.eyeballchat.com/ http://www.marratech.com/download/
Sejħiet bl-internet: http://www.skype.com/http://www.voipbuster.com/en/index.html
Ambjenti kollaborattivi: http://www.etwinning.net/ww/en/pub/etwinning/virtual_tour/work_together.htm
Disinn tal-web: http://www.learnthenet.com/english/section/webpubl.html http://www.oswego.org/staff/cchamber/webdesign/edwebdesign.htm http://www.schoolrack.com/ http://www.blogger.com/start
 |
Editur tal-Web: |
Nuria de Salvador |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
22/06/2007 |
 |
 |
 |
|