 |
Ix-Xenarji tagħna |
 |
L-iskejjel jaħdmu f'kollaborazzjoni biex jifhmu x-xenarji billi jeżaminaw il-lokalità tagħhom. Jipproduċu fuljett għall-skola msieħba dwar ix-xenarju tal-lokal u jħejju lezzjonijiet żgħar biex jispjegaw x'tgħallmu fuq is-suġġett permezz ta' chats, forums jew konferenza bil-vidjo. Fl-aħħar jiġbru l-materjal kollu miż-żewġ skejjel f'forma ta' preżentazzjoni bil-PowerPoint, paġna tal-web jew xi forma ta' esebizzjoni għall-klassi. |
 |
Grupp t'Etajiet: kwalinkwe Tul: Żmien twil Għodod ta' l-ICT: email, preżentazzjoni elettronika, ritratti, vidjo, chat, konferenza bil-vidjo, eċċ. Suġġett: Ġografija, Xjenza Ġeografika Tema: Xenarji
Valur pedagoġiku:
Li wieħed jifhem il-formazzjoni, ir-rwol u l-valur tax-xenarji huwa metodu ġeografiku fundamentali. L-għalliema għandhom ikunu kapaċi jużaw elementi lokali biex jispegaw l-oriġini u l-attivitajiet tan-nies u tal-postijiet fir-reġjun lokali. Allura l-investigazzjoni ta' suġġetti bħal m'huma l-ilma. l-ġebel, elementi ta' l-art, it-temp u l-ekoloġija huma essenzjali biex isaħħu l-għarfien ġeografiku. Dan jista' jkun imsaħħah aktar meta jitqabblu lokalitajiet differenti. Dan l-istudju tal-lokalità, allura jista' kjun bażi ta' ħafna lezzjonijiet tal-ġografija eċċellenti. Ix-xogħol attiv għal ġbir ta' informazzjoni xjentifika dwar ix-xenarji jista' jrendi ħafna data biex wieħed jaħdem u l-istudenti ikunu jistgħu jipproduċu riżultati li jkunu relevanti xjentifikament.
Għalliema u studenti jistgħu jeżaminaw il-lokalità tagħhom u jqabbluha ma' dik ta' pajjiżi oħrajn biex titħeġġeġ aktar il-kollaborazzjoni internazzjonali.
Għanijiet:
L-Istudenti jitgħallmu kif:
- Jesploraw xenarji fiżiċi.
- Jgħarfu u jifhmu l-formazzjoni ta' l-elementi.
- Jiġbru u jinvestigaw l-informazzjoni.
- Ikejlu u jiġbru informazzjoni (data xjentifika, tpenġijiet ta' xenarji, u ritratti).
- Jiddeskrivu xenarji, jagħmlu analiżi ta' informazzjoni u jieħdu konklużjonijiet dwar ix-xenarju fiżiku u ta' l-impatt tan-nies fuq l-ambjent.
- Iqabblu xenarji u stili ta' ħajja u jużaw modi differenti biex jippreżentaw l-informazzjoni.
- Jistudjaw u jevalwaw id-data.
Jekk trid tkun taf aktar, iklikkjahere (PDF, bl-Ingliż biss).
 |
Editur tal-Web: |
Nuria de Salvador |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
15/02/2007 |
 |
 |
 |
|
|