Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Xenarju ta' Ġemellaġġ Interdixxiplinarju
“Għexu l-gwerra”

Għan

Jirriflettu fuq xi jfisser fil-verita' li tgħix il-gwerra billi jintervistaw nies li għaddew minnha.

Min hu novlut?

Żewġ skejjel minn pajjiżi Ewropej li jiftakru l-gwerra. Jistgħu ikunu n-nanniet, il-ġenituri jew huma nfushom li għaddew minnha u jistgħu jaqsmu l-esperjenza tagħhom.

Lingwa

L-istudenti jużaw il-lingwa tagħhom għall-intervisti u jiktbu taqsiriet tagħhom biex ikunu tradotti mill-għalliema tal-lingwi barranin jew studenti ikbar. Il-lingwa tat-traduzzjoni tkun mifthiema bejn l-imseħbin qabel jibda' l-proġett.

Il-lingua franca mifthiema tiġi wżata mill-istudenti għall-kitbiet ta' taħt l-istampi u d-dokumenti.

Għanijiet pedagoġiċi

  • Jirriflettu fuq il-kruha tal-gwerra 
  • Jitgħallmu dwar l-istorja riċenti
  • Jagħmlu taqsiriet u disinji
  • Jfittxu dokumenti u riżorsi 
  • Jiktbu captions b'lingwa barranija
  • Joħolqu paġni għal-Internet żgħar 

Għalliema responsabbli

  • Għalliema ta' l-Istorja
  • Għalliema tal-lingwa 
  • Għalliema tal-lingwi barranin
  • Għalliema ta' l-ICT 

X'jagħmlu l-istudenti?

  1. Jaqraw u jitgħallmu dwar il-gwerra li jkunu ser jaħdmu fuqha (Għalliema ta' l-Istorja)
  2. Iħejju dokument imqassar dwar dak li jsibu (Għalliema ta' l-Istorja)
  3. Iħejju kwestjonarju biex jistaqsu lin-nies li għexu l-gwerra (Għalliema ta' l-istorja u tal-lingwa) 
  4. Jaqsmu il-mistoqsijiet tal-kwestjonarju tagħhoom ma' l-iskola msieħba u jagħmlu xi tibdil jekk ikun hemm bżonn (Għalliema ta' l-ICT) 
  5. Isibu lill-min jintervistaw
  6. Jiktbu taqsiriet ta' xi jkunu tgħallmu mill-intervisti, biex jiġu tradotti għall-lingua franca jew minnhom infushom inkella minn studenti ikbar jew l-għalliema tal-lingwi barranin. (Għalliema ta' l-istorja u tal-lingwi)
  7. Isibu materjal mhux pubblikat biex jikkorrobora s-sejbiet tagħhom (ritratti jew dokmenti żgħar) 
  8. Jiktbu captions għal dan il-materjal (bil-lingua franca mifthiema) (bl-involviment ta' l-għalliema tal-lingwi barranin)
  9. Jagħmlu paġna għall-Internet (Għalliem ta' l-ICT) 
  10. Iżuru l-paġni ta' l-Internet ta' xulxin u jħejju mistoqsijiet lil xulxin dwar aspetti li ma jkunux fehmu (Għalliema tal-lingwi barranin)
  11. Jiktbu dokument dwar id-differenzi u s-similaritajiet tal-kunflitti li jkunu studjaw  (Għalliema tal-lingwi u ta' l-istorja)
  12. Jirreaġixxu għad-dokumenti ta' xulxin (Għalliema tal-lingwi u ta' l-istorja)

Credits: Magda Tebe and Victoria Nicuesa, minn Spanja li implementaw verżjoni ta' dan ix-xenarju

 

       

      Editur tal-Web: Núria de Salvador
      Ippubblikat : 15/10/2004
      Mibdul l-aħħar : 10/03/2007
      Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






      l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea