Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Kavallieri Ewropej - minn fantasija medjevali għal fantasija letterarja
Studenti (13-18 -il sena) jippreżentaw l-aktar kavallieri famużi fl-istorja u l-litteratura nazzjonali u jitgħallmu dwar stejjer u eroj minn żminijiet medjevali.

Lingwa

Studenti jużaw il-lingwa tagħhom biex jippreparaw materjali, imbagħad jaqilbuhom għall-Ingliż.

Għanijiet pedagoġiċi

  • Li jkun meqjus il-kunċett tal-kavallier ideali u ta' kif dan ġie maħluq fil-letteratura u fl-istorja,
  • Li jitgħallmu dwar l-istorja u l-letteratura Ewropea,
  • Li tislet, tqassar u tiddeskrivi,
  • Li ssib dokumenti u sorsi ta' informazzjoni,
  • Tpenġija ta' stampi,
  • Li tħejji kitbiet bl-Ingliż,
  • Li titħejja wirja li turi dak li ġie mwettaq,
  • Li jsiru paġni tal-web.

Għalliema

  • Għalliema tal-lingwa u l-letteratura,
  • Għalliema ta' l-istorja,
  • Għalliema ta' l-Ingliż,
  • Għalliema ta' l-ICT,
  • Għalliema ta' l-arti.

Dak li jagħmlu l-istudenti

  1. Jiġbru informazzjoni dwar is-suġġett.
  2. Jagħżlu l-aktar kavallier nazzjonali famuż u jippreżentawh.
  3. Jagħmlu lista ta' kastelli u bini medjevali, jiġbru ritratti u jistħarrġu l-istorja tagħhom.
  4. Jagħmlu taqsira ta' storja, novella, ħrafa jew film dwar il-Medju Evu. Jippreżentaw l-awtur jew id-direttur.
  5. Ifittxu t-traċċi tat-templari, cathares, merċenarji jew ordnijiet xivalriċi f'pajjiżhom. Jagħmlu mappa li turi fejn kienu joqgħodu.
  6. Jiddeskrivu l-aktar battalja medjevali famuża fl-istorja nazzjonali.
  7. Jippreżentaw eroj mill-letteratura tal-fantasija jew mit-tradizzjoni letterarja tagħhom.
  8. Ipinġu stampi ta' l-eroj.
  9. Jaqilbu kitbiet għall-Ingliż bl-għajnuna ta' l-għalliema u jibgħatu l-materjal lill-iskola l-oħra permezz ta' l-email.
  10. Ifasslu websajt bil-materjal li jkunu ġabru.
  11. Iqabblu x-xogħol taż-żewġ skejjel u jaħsbu dwar kif inħolqot ix-xbieha tal-kavallier ideali.
  12. Iħejju wirja finali mill-materjali li jkunu ġabru matul il-proġett. Jippreżentawh lil nies minn skejjel oħra.

 

Editur tal-Web: Nuria de Salvador
Ippubblikat : 15/12/2005
Mibdul l-aħħar : 15/02/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea